L-Alleanza Kontra l-Faqar xettika dwar ir-regolarizzazzjoni tal-kera

  • Ott 11, 2017 10:22
  • Miktub minn iNews

    Fir-reazzjoni tagħha għall-Baġit 2018 l-Alleanza Kontra l-Faqar saħqet li filwaqt li tinnota għadd ta’ miżuri pożittivi kif ukoll li fl-aħħar il-Gvern beda jitkellem fuq regolarizzazzjoni tal-kera li se tnaqqas it-tbatija u l-insigurtà lil ħafna mill-familji, ma taqbilx li qabel bdew id-diskussjonijiet fuq il-White Paper il-gvern diġà għamilha ċara li mhux se jkun hemm kontroll fuq il-kirjiet.

    L-Alleanza temmen li għalkemm ma għandniex immorru lura għal kontroll strett kif kien qabel l-1995, xi tip ta’ kontroll irid ikun hemm biex in-nies, l-aktar il-koppji li jridu jibdew familja u mhumiex f’qagħda li jixtru proprjetà, ma jispiċċawx iħallsu aktar minn nofs il-paga f’kera. 

    Barra minn hekk l-Alleanza temmen li l-Gvern għandu wkoll juża l-ġid li qed jiġi ġġenerat mill-ekonomija biex kull familja ssir sid ta’ darha.

    L-Alleanza emfasizzat ukoll fuq ir-rata tal-inflazzjoni, fejn saħqet li huwa veru li l-pensjonanti u dawk fuq il-paga minima ħadu żieda aktar mir-rata tal-inflazzjoni kif imkejla mill-gvern huwa ċar li l-inflazzjoni mhix l-istess għal kulħadd.

    L-Alleanza temmet tgħid li għandu jkun hemm rigi differenti billi dawk fl-aħħar skaluni tas-soċjetà qed ibatu minn inflazzjoni għolja fuq il-prezzijiet tal-bżonnijiet essenzjali bħall-ikel, ilbies, mediċini u l-kirjiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0