Edwin Vassallo jitfa' n-nomina tiegħu għal Viċi Kap tal-PN … “Iżda lest li nirtiraha”

  • Ott 11, 2017 11:49
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif din il-ġimgħa fetħu n-nomini għall-ħatra ta’ Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament, liema nomina tagħlaq nhar il-Ġimgħa li ġej, id-Deputat Edwin Vassallo kien l-ewwel wieħed li tefa’ n-nomina tiegħu.

    Fl-indirizz tiegħu lill-midja, Vassallo saħaq li din jista’ jkun li tkun l-aħħar darba li jindirizza lill-midja f’din il-kampanja. Dan hekk kif wera li huwa dispost li jirtira n-nomina tiegħu jekk il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia juri x-xewqa li l-uniku kontestant għal din il-karig jkun id-Deputat Chris Said. Fl-istess waqt qal li jekk jasal sa dan il-punt ikun ta’ dispjaċir għalih.

    Vassallo kompla jgħid li huwa qed jagħmel dan il-pass mhux għall-ambizzjoni personali, iżda għall-ġid tal-Partit Nazzjonalista. Minkejja dan huwa kompa jgħid li jekk fl-istess waqt ikun hemm aktar nomini minn dik ta’ Saidm allura huwa jkompli għaddej bil-kandidatura tiegħu.

    Vassallo semma kif ġimagħtejn ilu kien bagħat messaġġ lill-Kap Nazzjonalista fejn għarrfu li filwaqt li kien se jikkontesta għall-kariga, kien jifhem jekk jintalab jitwarrab biex Said jikkontesta waħdu fl-eventwalità li jitfa’ n-nomina tiegħu.

    “Ma rridx inkun xkiel għat-tmexxija tal-Partit,” saħaq Vassallo. Huwa żied jgħid li jekk ikun elett bħala Viċi Kap se jkun qed jaħdem għall-għaqda tal-Partit, u se jkun qed jiffoka b’mod partikolari biex jerġa’ jġib lura dawl in-nies li tbiegħdu mill-PN.

    Fir-rigward tal-mozzjoni ppreżentata mill-Partit Nazzjonalista dwar il-kwistjoni tal-IVF, Vassallo saħaq li huwa jaqbel mal-pożizzjoni adottata mill-Partit, hekk kif saħaq li id-definizzjoni ta’ ġenitur prospettiv imniżżla fl-Avviż Legali ppreżentat mill-Gvern huwa differenti minn dak miktub fil-liġi.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    Maximus
    Ott 11, 2017

    Innutli issa la hemm Drinu innutli mhux se nigi lura qatt il partit qieghed ghal gol hajt

    Irrispondi
  •  

Facebook