Iħassar żwieġ għax missier l-għarusa ried li bintu ġġib il-liċenzja u tixtri karozza!

  • Ott 11, 2017 12:17
  • Miktub minn iNews

    Raġel fl-Arabja Sawdita abbanduna ċ-ċerimonja taż-żwieġ tiegħu stess wara li missier l-għarusa insista li bintu ġġib il-liċenzja u tixtri karozza wara li jiżżewġu. Dan hekk kif f’Ġunju tas-sena li ġejja l-Arabja Sawdita mistennija li tadotta liġi li tippermetti lin-nisa biex jiksbu liċenzja u jibdew isuqu.

    Jidher li l-għarus kien qabel li jħallas dota ta’ kważi $11,000 u kien anke qabel li martu tibqa’ taħdem wara ż-żwieġ. Iżda tant kien sorpriż b’din it-talba l-ġdida min-naħa tal-missier li ddeċieda li jabbanduna ċ-ċerimonja tiegħu stess! Il-missier ħareġ b’din il-proposta minuti biss qabel ċ-ċerimonja.

    L-għarus telaq ’il barra mill-bini segwit mill-familja tiegħu. Minkejja li xorta waħda bagħat l-ikel lill-familja tal-għarusa, huwa xorta waħda baqa’ tal-fehma li ma jattendix għaċ-ċerimonja.

    Kien matul ix-xahar li għadda li l-Arabja Sawdita qabblet li tneħħi l-projbizzjoni tas-sewqan min-nisa, bil-liġi mistennija li tkun effettiva minn Ġunju tas-sena li ġejja.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook