Settembru jġib fi tmiemu sajf aktar xemxi u sħun

  • Ott 11, 2017 13:15
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif deħlin sew fil-ħarifa u qegħdin nadattaw għat-temp aktar frisk li ġabet magħha, hawn ħarsa lejn ittemp li kkaratterizza lil Settembru u x-xhur tas-sajf. Settembru beda fuq nota mdawla, bl-ewwel jum tax-xahar igawdi minn xejn anqas minn 11.4 sigħat ta’ xemx. Min-naħa l-oħra, it-8 ta’ Settembru kienet l-aktar ġurnata griża tax-xahar u li ntlaqtet minn riħ qawwi.

    Fil-fatt, dakinhar, ix-xemx ħarġet għal ftit anqas minn tliet sigħat u ġiet osservata wkoll buffura massima ta’ riħ li kienet qed tonfoħ mit-Tramuntana b’veloċità ta’ 37 knot. Barra minn hekk, f’dan il-jum, niżel ammont sostanzjali ta’ xita b’rata ta’ 36.1 mm fis-siegħa u li finalment laħħaq total ta’ 20.4 mm. L-akbar ammont imbagħad niżel fl-24 tax-xahar, meta ġew imkejlin 20.6 mm ta’ xita mit-total għax-xahar ta’ Settembru ta’ 43.8 mm. Kemm fit-8 u kemm fl-24 tax-xahar, ix-xita kienet akkumpanjata mir-ragħad. Min-naħa l-oħra, ir-rekords meteoroloġiċi juru li Settembru kellu wkoll bosta ġranet xemxin u temperaturi għoljin.

    Fil-fatt, tul ix-xahar li għadda x-xemx ħarġet għal total ta’ 279.7 sigħat, bl-aktar jiem imdawlin – l-1 u t-13 tax-xahar – igawdu minn 11.4 sigħat ta’ xemx. It-temperatura medja tal-arja ta’ Settembru ta’ 25.7°C niżlet bi tliet gradi minn dik ta’ Awwissu. Minkejja dan, fis-16 tax-xahar, it-temperatura laħqet massimu ta’ 31.7°C. Min-naħa l-oħra, l-aktar temperatura baxxa ta’ 16.7°C ġiet irreġistrata fil-21 ta’ Settembru. Id-data meteoroloġika turi li l-ogħla temperatura għas-sajf li għadda kienet ta’ 38.7°C u ntlaħqet f’Lulju, filwaqt li l-aktar temperatura baxxa għall-istaġun kienet ta’ 6.6°C u ġiet irreġstrata f’Ġunju. Barra minn hekk, is-sajf li għadda kien aktar sħun minn dak ta’ qablu, b’temperatura medja tal-arja li kienet 1.3°C ogħla mill-medja tassajf tal-2016 ta’ 25.6°C.

    Ix-xhur tas-sajf li għadda gawdew minn medja ta’ 330.8 sigħat ta’ xemx, liema medja kienet ogħla minn dik tas-sajf ta’ qabel ta’ 313-il siegħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook