Niċċelebraw il-ħames snin tal-EU Code Week … Attivitajiet bla waqfien li jħeġġu l-użu tal-coding

  • Ott 11, 2017 14:00
  • Miktub minn iNews

    Matul tmiem din il-ġimgħa, Malta se tingħaqad mal-kumplament tal-Ewropa biex tieħu sehem fl-EU Code Week. Din is-sena taħbat il-ħames sena mill-bidu tal-Code Week u għalhekk se tiġi ċċelebrata matul perjodu ta’ ġimgħatejn li se jkunu ppakkjati b’attivitajiet relatati ma’ coding.

    Il-EU Code Week, li din is-sena se taħbat bejn is-7 u t-22 ta’ Ottubru, tiċċelebra l-ħolqien permezz tal-coding. Dan il-moviment hu mmexxi minn ambaxxaturi li jippromwovu dawn l-attivitajiet fil-pajjiżi rispettivi tagħhom. L-għan hu li l-programming isir aktar viżibbli, biex b’dan il-mod kemm iż-żgħar, kif ukoll il-kbar jaraw kif ċerti ideat jistgħu jingħataw il-ħajja b’dawn il-ħiliet u jinkoraġġihom biex jitgħallmu. 

    Din l-inizjattiva kienet ġiet imnedija fl-2013 mill-Young Advisors for the Digital Agenda Europe. Huma voluntiera li jmexxuha, permezz tal-ambaxxaturi magħżulin f’kull pajjiż. Dawn l-ambaxxaturi jikkordinaw l-inizjattivi fil-pajjiżi rispettivi tagħhom, għalkemm l-iskejjel, għalliema u istituzzjonijiet oħrajn huma mħeġġa biex iżidu l-attivitajiet tagħhom u jżiduhom fuq il-mappa tal-attivitajiet li tistgħu ssibuha fuq http://events.codeweek.eu/

    Malta ilha tieħu sehem fil-Code Week għal dawn l-aħħar tliet snin. L-eSkills Malta Foundation tiżgura li kull sena tiżdied il-popolarità ta’ din l-inizjattiva u fil-fatt din is-sena rnexxielha torganizza 15-il ġurnata ta’ attivitajiet relatati ma’ coding. Dan sar b’kollaborazzjoni ma’ diversi entitajiet u istituzzjonijiet edukattivi, fosthom l-MCAST, l-Università ta’ Middlesex, id-Direttorat tal-Litteriżmu Diġitali u Ħiliet Transversali fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, ICE Malta, Ascent Software, PWC f’kollaborazzjoni ma’ CreoLabs u St Martin’s Insitute of Higher Education. 

    Is-sessjonijiet li qegħdin jiġu organizzati jvarjaw minn żvilupp ta’ logħob bil-Unity, għal żvilupp ta’ websajts bl-HTML, użu tal-JAVA u ħafna oħrajn. Għal programm dettaljat tal-attivitajiet, tistgħu tidħol fil-link http://eskills.org.mt/codeweek17 fejn tistgħu wkoll tirreġistraw biex tieħdu sehem

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0