Tiżżewweġ lill-imħabba ta' ħajjitha … lill-kelb!

  • Ott 11, 2017 14:30
  • Miktub minn iNews

    Kien żwieġ li xejn ma niżel sew ma’ tal-familja. Kien hemm min sejħilha miġnuna. Iżda tmien snin wara, Wilhelmina Morgan Callaghan għadha tal-fehma li ma setgħetx tagħmel għażla aħjar meta żżewġet lill-kelb tagħha Henry!

    Wilhelmina spjegat li mindu żżewġu kellhom jiffaċċjaw daqsxejn ta’ problemi, hekk kif fost l-oħrajn kellhom problema finanzjarja wara li l-mara tilfet ix-xogħol tagħha f’kamra mortwarja. Iżda Henry ftit li xejn jagħti kas in-nuqqas ta’ flus b’Wilhelmina tgħid li tul dawn is-snin “dejjem baqa’ leali lejha”.

    Il-mara kienet adottat lill-kelb fl-2009 mingħand ħabib tagħha, u mill-ewwel ġieha l-ħsieb li tiżżewġu wara li fuq l-Internet qrat l-istejjer ta’ nisa oħrajn li kienu qed jiżżewġu lill-annimali domestiċi tagħhom.

    Il-koppja ngħataw ċertifikat biex jikkommemoraw iż-żwieġ tagħhom, bil-mara tgħid li hija tieħu l-impenji tagħha lejn il-kelb b’serjetà liema bħalha.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook