Baġit li jibni fuq ta’ qablu u li jagħmel il-pedamenti għall-‘budgets’ li ġejjin biex ilesti lil pajjiżna għall-futur

  • Ott 11, 2017 15:00
  • Miktub minn iNews

    Il-budget imħabbar nhar it-Tnejn li għadda mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna hu wieħed li jibni fuq ta’ qablu u li jagħmel il-pedamenti għall-budgets li ġejjin biex ilesti lil pajjiżna għall-futur, qal id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja.

    “Illum, il-familji Maltin u Għawdxin jinsabu aħjar milli kienu jumejn ilu. Fil-passat – taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti – il-familji bħal-lum kienu jagħmlu l-kalkolu biex jaraw bejn dak li tahom il-gvern u li ħadilhom, humiex aħjar jew agħar. Illum, dan il-kalkolu ma sarx għax dan il-gvern ta biss”, qal Chris Fearne.

    Id-Deputat Prim Ministru spjega li dan il-budget, li hu frott il-viżjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat, ta spinta lill-familji, lill-pensjonanti, lill-istudenti u lin-negozji. Chris Fearne żied li permezz ta’ dan il-budget qed nindirizzaw ukoll l-isfidi li għandna quddiemna, fosthom il-housing, it-toroq u l-immaniġġjar tal-iskart.

    Sadanittant, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna spjega l-ħsieb wara dan il-budget.

    “Il-budget hu b’saħħtu għax l-ekonomija hi b’saħħitha, fil-fatt jiffoka li għas-snin li ġejjin inżommu surplus modest ta’ 0.5% tal-Prodott Gross Domestiku. Dan sabiex bħalma naqqasna d-defiċits b’mod gradwali rridu nagħmlu l-istess bis-surplus sabiex inkomplu nnaqqsu d-dejn tal-pajjiż b’mod assolut”, spjega l-Ministru Scicluna.

    Il-budget fih 30 miżura li direttament iqassmu l-ġid biex jolqtu lil min verament għandu bżonn. Fl-istess waqt il-budget jindirizza t-tliet sfidi prinċipali tal-pajjiż għall-futur: il-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq Maltin, il-housing u l-immaniġġjar tal-iskart. F’kull każ il-Gvern irid li d-deċiżjonijiet jittieħdu llum, wara konsultazzjoni wiesgħa.

    Meta mistoqsi dwar il-kritika tal-Oppożizzjoni, il-Ministru Scicluna wieġeb li, “is-surplus ta’ pajjiżna qed jidher b’mod ċar fid-diversi miżuri li ġew implimentati matul din is-sena u li se jkomplu jiġu implimentati matul is-sena d-dieħla permezz ta’ dan il-budget, iżda b’mod tekniku dan is-surplus qed imur ukoll biex jitħallas id-dejn tal-pajjiż”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0