L-MPE Marlene Mizzi tikko-ospita l-avveniment Girl2Leader: It-tfajliet għandhom ikunu mħeġġa jaspiraw għal pożizzjonijiet ta’ tmexxija

  • Ott 11, 2017 17:15
  • Miktub minn iNews

    L-MPE Marlene Mizzi ko-ospitat avveniment li nieda l-inizjattiva dinjija “Girl2Leader”organizzata mill-Women Political Leaders Global Forum. L-inizjattiva tnediet fil-Parlament Ewropew fil-Jum Internazzjonali tat-Tfal Bniet, fil-11 ta’ Ottubru, 2017.

    Marlene Mizzi qalet: “L-avveniment dwar l-inizjattiva tal-Girl2Leader huwa ko-organizzat minn għadd ta’ MEPs minn gruppi politiċi differenti. L-għan tal-inizjattiva huwa li aktar tfajliet jiġu mħeġġa jaspiraw għal rwoli ta’ tmexxija billi jiltaqgħu ma’ politiċi nisa f’pajjiżhom. Permezz tal-għaqda tagħna fuq kwistjoni hekk importanti, urejna fil-prattika l-impatt li jħalli li jkollna aktar nisa f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija.” 

    L-inizjattiva ttellgħet taħt il-patroċinju distint tal-President ta’ Malta, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca. Il-Women Political Leaders Global Forum (WPL), li organizza din l-inizjattiva, huwa network globali ta’ politiċi nisa. Il-missjoni tad-WPL hija li żżid kemm l-għadd kif ukoll l-influwenza tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija politiċi.

    “Ilkoll kemm aħna għandna għan importanti fil-ħajja – li nagħtu l-aħjar kontribut lid-dinja li qed ngħixu fiha, għall-ġid globali. Madankollu, għalkemm ilkoll għandna dan l-għan, in-nisa ta’ spiss ma jkollhomx l-istess opportunitajiet fil-ħajja biex jagħmlu dan. In-nisa ta’ spiss ma jkunux imħeġġa biżżejjed mis-soċjetà jieħdu pożżizzjonijiet ta’ tmexxija jew biex ifittxu impjiegi u karrieri li b’mod predominanti huma meqjusin tal-irġiel. It-tfajliet għandhom jiġu mħeġġa biex ikunu ambizzjużi u jaspiraw għal pożizzjonijiet ta’ tmexxija – kemm jekk fil-politika jew kif ukoll f’oqsma oħra,” qalet Marlene Mizzi.

    “Mill-esperjenza personali tiegħi, li kont f’għadd ta’ rwoli ta’ tmexxija li normalment ikunu meħudin mill-irġiel, kif ukoll bħala l-ewwel mara Maltija eletta bħala MPE, nista’ ngħidilkom li leħen in-nisa huwa dejjem importani. In-nisa jistgħu jkunu mexxejja tajba daqs kemm jistgħu jkunu l-irġiel. Għalhekk it-tnedija tal-kampanja #Girl2Leader hija tant importanti biex tqajjem għarfien u tħeġġeġ tfajliet żgħar biex iħarsu lejn karriera bħala mexxejja. Bħal effett domino, it-tfajliet żgħar tal-lum se jispiraw u jagħtu s-saħħa lit-tfajliet żgħar ta’ għada madwar id-dinja!” ikkummentat l-MPE Mizzi.

    L-MPE Mizzi ospitat tfajliet minn Malta għat-tnedija tal-inizjattiva fi Brussell bil-għan li tintroduċihom għar-rwoli ta’ tmexxija u biex turihom li n-nisa wkoll jistgħu jkunu mexxejja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0