Il-Pulizija ordnata tagħti informazzjoni lill-vittma ta’ kriminalità

  • Ott 12, 2017 09:37
  • Miktub minn iNews

     Il-Qorti tal-Maġistrati preseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja ordnat lill-Ispettur Matthew Spagnol biex fi żmien ġimgħa jagħti l-informazzjoni kollha lil Terence Zahra, li allegatament qala’ xebgħa minn bouncers għal xejn b’xejn f’Paceville, biex ikun infurmat dwar f’hiex waslu l-proċeduri kriminali kontra dawk li allegatament tawh xebgħa. Fl-istess waqt, talbet lill-Pulizija biex ikomplu jinvestigaw lill-persuni l-oħra li kienu involuti fil-każ.

    Fil-Qorti, l-Ispettur Spagnol qal li wara li kellem lill-ġuvni u staqsieh jekk kienx dispost li jgħin lill-Pulizija biex ikunu identifikati l-persuni li kienu involuti fil-każ, huwa kien qallu li ma xtaqx jagħmel dan.

    Qal li minn informazzjoni li ġab minn fuq il-post, irnexxielu jġib l-isem ta’ erba’ bouncers fosthom wieħed Malti li madanakollu minn filmati ta’ CCTV’s rriżulta li ma kienx involut fl-inċident iżda deher jiġbed lill-bouncers lura. 

    L-Ispettur Spagnol tenna li żewġ bouncers oħra ta’ nazzjonalità barranija ma setgħu jinstabu mkien u għaldaqstant ġew imniżżla bħala “wanted” u nħareġ ukoll mandat ta’ arrest ewropew kontrihom.

    Tenna li wieħed mill-bouncers, Michu Radunovic kien arrestat wara li kien reġa’ ġie Malta, fejn ammetta l-involviment tiegħu fil-każ. L-Ispettur Spagnol qal li ttieħdet azzjoni fil-konfront ta’ Radunovic u nħarġu akkużi kontrih dwar ġrieħi gravi fuq l-allegat vittma.

    Fid-deċiżjoni tagħha għar-rikors li sar kontra l-Kummissarju tal-Pulizija, il-Maġistrat Bugeja ordna lill-Ispettur Spagnol biex fi żmien ġimgħa jagħti d-dettalji kollha relattivi lil Zahra dwar f’hiex waslu l-proċeduri kriminali kontra dawk li allegatament tawh xebgħa. 

    Il-Prokuratur Legali Peter Paul Zammit qed jidher bħala parte ċivile għall-vittma. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0