L-impjant ta' riċiklaġġ se jerġa' jinbena temporanjament

  • Ott 11, 2017 18:48
  • Miktub minn iNews
    Wara l-festi tal-Milied se jerġa' jibda jinbena l-impjant ta' riċiklaġġ ta' Sant'Antnin f'Weid il-Għajn. L-impjant kien inqered għal kollox f'Mejju li għadda wara nirien li ħakmu l-post.
     
    Dan ħabbru l-Ministru għall-Ambjent. Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima Jose Herrera waqt li kien qed jindirizza l-Parlament.
    Huwa għamilha ċara li l-impjant se jservi għal bejn sitta u seba' snin biex wara jiżżarma u jintrama fl-inħawi tal-Għallis/Magħtab.

    Herrera sostna li dak li kien qed isir qabel fl-impjant ta' Sant'Antnin qed isir fl-Għallis imma mhux l-ammont kollu u minbarra hekk qed isir b'mod manwali.

    Huwa żied li l-prijorita tiegħu hija li jagħmel riforma fil-qasam tal-iskart u sostna li jekk ma jirnexxilux ikun falla.

    Herrera għamilha ċara li huwa mhux kuntent li huwa biss bejn 8% u 12% tal-iskart li qed jiġi riċiklat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook