Jisfreġja wiċċ tifel bl-aċtu għax ommu ma tatux wiċċ meta ttantaha!

  • Ott 11, 2017 19:46
  • Miktub minn iNews

    F’każ mill-aktar xokkanti fl-Indja, raġel sfreġja wiċċ tifel billi tefagħlu l-aċtu, wara li ommu ma tatx kas l-avvanzi tiegħu fil-konfront tagħha. Aditya Raj, li għad għandu biss sentejn u jgħix fir-raħal fqir ta’ Gurugram fit-Tramuntana tal-Indja, inħataf mir-raġel wara li omm it-tifel irrifjutat li tabbanduna lill-familja tagħha biex tiżżewġu.

    Biex ipattihielha r-raġel saħansitra tefa’ l-aċtu f’wiċċ iċ-ċkejken u abbandunah għal mejjet f’landa taż-żibel. Il-każ seħħ f’Diċembru li għadda. Minn dakinhar ’l hawn Aditya kellu jagħmel bosta operazzjonijiet f’tentattiv biex tkun salvata l-vista tiegħu, madankollu t-tobba ftit li xejn setgħu jagħmlu biex ineħħu l-marki li tħallew fuq wiċċu kaġun tal-aċtu.

    L-awtoritajiet għadhom ma arrestawx lir-raġel li wettaq dan l-attakk atroċi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook