Delia wkoll gawda mill-kuntratti taħt il-PN... akkwistat tal-anqas nofs miljun ewro

  • Ott 12, 2017 10:55
  • Miktub minn iNews

    Delia wkoll gawda mill-kuntratti taħt il-PN... Minn erba' entitajiet biss id-ditta legali tiegħu akkwistat tal-anqas nofs miljun ewro

    Fejn jidħol l-għoti ta' kuntratti taħt gvernijiet Nazzjonalisti, speċjalment dawk li kienu jingħatawlu b'direct order, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma jagħmilx għajb lill-predeċessur tiegħu Simon Busuttil għax bħalu wkoll kien igawdi sew minnhom. Fil-fatt jirriżulta li, minn erba' entitajiet biss, id-ditta legali tiegħu Aequitas Legal akkwistat minn tal-anqas is-somma ta' nofs miljun ewro. 

    B'kollox il-kumpanija ta' Adrian Delia ngħatat 18-il kuntratt mingħand dawn l-erba' entitajiet u dan kien fil-perjodu ta' bejn l-2005 u l-2012, jiġifieri fl-aħħar seba' snin ta' Gvern Nazzjonalista. Aktar minn hekk, kuntratt wieħed biss ingħatalha wara li nħarġet sejħa pubblika, waqt li l-oħrajn kollha ħadithom b'direct order inkluż wieħed mit-tmien kuntratti li ħadet mingħand Transport Malta fl-2010 li waħdu kellu valur ta' €131,504.

    Il-valur tas-seba' kuntratti l-oħrajn li ħadet mingħand l-istess entità u s-sena meta ngħatawlha kienu kif ġej: €12,369 (2005), €20,358 (2006), €20,615 (2007), €13,743 (2008), €40,462 (2009), €40,858 (2011) u €53,289 (20120). Flimkien dawn ilaħħqu ċ-ċifra ta' €201,694. 

    Tmien kuntratti oħrajn li Aequitas Legal akkwistat b'direct order kienu mingħand il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) li ammontaw għal €21,838. 

    L-uniku kuntratt li ħadet wara li saret sejħa pubblika kien dak tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u għax-xogħol li għamlet ma' din l-entità ngħatat l-ammont totali ta' €112,603.

    Apparti dawn il-kuntratti, l-Aequitas kellha kuntratt ieħor li wkoll akkwistatu b'direct order mingħand l-Awtorità tal-Artijiet. Dan kien kuntratt ta' servizz li għalih tħallset bir-rata ta' €15.70 kull siegħa għal perjodu ta' sentejn, iżda ma ngħatatx informazzjoni dwar kemm sewa b’kollox u kemm daħlet minnu b'mod totali l-kumpanija tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

    Din l-informazzjoni ħarġet fil-Parlament wara mistoqsijiet li saru mid-Deputat Glenn Bedingfield.

    “Is-surplus mhux sejjer għall-ġejjieni ta’ pajjiżna” - Adrian Delia

    Sadanittant meta kien intervistat fuq il-programm ‘Bejn Tnejn’ li xxandar fuq l-istazzjon tal-PN lbieraħ filgħaxija, Delia sostna li fl-aħħar erba’ snin u nofs, id-dejn tal-pajjiż żdied b’biljun ewro. Qal li l-Gvern mhux qed jippjana għall-futur la fejn jidħlu l-anzjani u lanqas fejn jidħol it-trasport pubbliku.

    Qal li l-Gvern semma żewġ figuri kbar kemm fuq it-toroq u kemm fuq l-iskart. Madankollu qal li jekk il-gvern mhux qed jippjana minn issa, kif jaf kemm għandu bżonn flus biex isolvi dawn il-problemi.

    Semma li fejn jidħlu t-toroq qed jintqal biss x’se jsir is-sena d-dieħla u mhux fil-futur. Qal li teżisti problema serja f’pajjiżna u staqsa lill-Gvern dwar x’inhuma l-possibilitajiet biex jonqos it-traffiku. Staqsa jekk hemmx pjan għal metro, monorail jew inkella biex aktar ħaddiema jaħdmu mid-dar. Saħaq li b’dawn it-tip ta’ proġetti pajjiżna jista’ jnaqqas il-problema serja tat-traffiku mit-toroq tagħna, pero dan il-gvern għadu ma ħareġ bl-ebda pjan għal futur.

    Dwar is-surplus Dr Delia sostna li dan żgur mhux sejjer għall-infrastruttura għall-ġejjieni ta’ pajjiżna. Temm jgħid li fid-diskors tiegħu ta’ nhar it-Tnejn li ġej b’risposta għall-Baġit, il-poplu għandu jistenna biss il-mod ġdid tiegħu ta’ kif issir il-politika u mhux li jikkritika jew jikkoreġi l-Gvern għall-iżbalji tiegħu, iżda kif se jaħdem id f’id mal-Gvern biex il-poplu jkun aħjar. 

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook