Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku

  • Ott 12, 2017 11:31
  • Miktub minn iNews

     Aktar kmieni għall-ħabta tas-7.30 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq is-Sebħ, l-Imrieħel (Mrieħel bypass). 

    Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Ħal Qormi marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li għal xi raġuni kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Kawasaki VN800 u karozza tal-għamla Hyundai I20.  

    Is-sewwieq tal-mutur, li għandu 58 sena, residenti Għajnsielem, sofra xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa.  Iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. 

    Żagħżugħa ta’ 19-il sena, residenti Ħal Qormi li kienet qiegħda ssuq il-Hyundai I20 ukoll ingħatat l-assistenza medika minħabba li kienet qiegħda ssofri minn shock. 

    L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0