"Qatt ma niftakar baġit li ġab daqshekk pjaċir"

  • Ott 12, 2017 12:10
  • Miktub minn iNews

    Id-Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona rrimarka li qatt ma jiftakar l-għada tal-baġit b'daqshekk kalma, trankwilita u pjaċir fost il-poplu.

    Huwa rrimarka dan hekk kif kien qed iwieġeb lil ġurnalista tal-media tal-PN waqt li flimkien mal-Whip tal-Gvern Bryon Camilleri kien qed jindirizza lill-mezzi tax-xandir proprju dwar il-baġit imressaq it-Tnejn li għadda.

    Cardona rrimarka li 70% tal-baġit jikkonsisti f'wegħdiet li l-Partit Laburista għamel fil-programm elettorali tiegħu għall-aħħar elezzjoni ġenerali.

    Huwa sostna li dan hu partit li meta jingħata l-fiduċja mill-poplu jsarrafha b'mod immedjat u mhux joqgħod jistenna elezzjoni tiġi biex iwettaq dak imwiegħed minnu.

    Il-ministru responsabbli mill-ekonomija rrimarka li l-miżuri li ħabbar il-Gvern huwa parti minn pjan biex iħejji l-pajjiż għall-ġenerazzjoni li jmiss.

    Min-naħa tiegħu, Camilleri qal li l-Gvern Laburista warrab it-tradizzjoni ta' baġit oħra fejn wara l-elezzjoni ġenerali l-partit fil-gvern kien jissikka ċ-ċintorin.

    Huwa sostna li dan il-baġit kien fih diversi “firsts” fosthom li kien l-ewwel baġit fejn ma ddaħħlet ebda taxxa ġdida jew ma żdiedet ebda taxxa, kien qed jiġi ippreżentat fi żmien meta l-pajjiż għandu surplus u anke meta m'hemmx proċeduri ta' defiċit eċċessiv kontra Malta mill-UE.

    Camilleri żied li huwa bla sens li tgħid li dan kien baġit bla pjan u rrimarka li qabel in-nies kienu jistennew il-baġit biex jaraw il-gvern tal-ġurnata x'se jeħdilhom u llum qed jaraw x'se jagħtihom.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0