"M’hemmx dwejjaq u biki. Ftakru f’Doreen!"... l-ittra ta' Doreen li se tibqa' f'qalb ħafna persuni

  • Ott 12, 2017 19:34
  • Miktub minn iNews

    Il-folla kbira ta’ nies li inġabret fil-Knisja tal-Lunzjata f'Ħal Balzan biex tagħti l-aħħar tislima lil Doreen Cassar, inklużi għadd kbir ta' ommijiet li Doreen bħala qabla kienet għenithom iwelldu t-trabi tagħhom, mistennija jibqgħu jgħożżu l-aħħar messaġġ tagħha, messaġġ sempliċi “Għixu to the full”.

    Filwaqt li rringrazzjat lil kull minn kellu xi tip ta’ relazzjoni magħha, fl-ittra tagħha, Doreen spjegat li kulħadd għandu jgħix il-ħajja bl-aħjar mod li jista’ u li tant dan iż-żmien huwa limitat li ma tagħmilx sens li noqogħdu bil-geddum.

    Doreen kitbet dwar l-importanza ta’ kif tgħix li tmur oltre kemm tgħix għax jeħtieġ li dak li jkun jagħraf kif jgħix din il-ħajja.

    Doreen minkejja l-marda tagħha li sfortnatament għelbitha, wara mewtha tibqa’ tkun ta’ kuraġġ għal ħaddieħor u tappella biex jekk stess dak li jkun isib ruħu fi problema ta’ mard, “U ara ma jfettilkomx ikollkom problema ta’ saħħa u ma tiġġildulhiex!”

    L-ittra sħiħa ta’ Doreen Cassar

    Ikolli ngħid Ħal Balzan qatt ma ra nies daqshekk f’din iċ-ċelebrazzjoni
    ta’ ħajja. Xtaqt ngħix iżjed imma ħakmitni marda li kulħadd mwerwer
    li se taqbad lilu.
    Però, kburija li avolja miet żgħira f’ħajti għamilt ħafna u kelli kollox.
    Għax mhux kemm snin tgħix imma kif tgħix. Trobbija tal-ġenn, sirt
    Midwife, żwieġ, tlett itfal li jien ħa nkun qed nidher f’ħajjitkom u fuq
    kollox u kulħadd kelli lill-Mulej tul il-vjaġġ tiegħi. Fih sibt il-vera
    PAĊI…
    Ħadd ma basar li wara 5 snin nieħu ħsieb lil Valerie, il-kanċer kellu
    jaqbad lili wkoll. Imma l-pjanijiet tal-Mulej kultant ma tifimhomx.
    Taħlux ħajjitkom fuq x’tagħmel dik u x’jagħmel dak. Għixu ħajjitkom
    ferħanin… għixuha to the full. Stress żejjed ma jagħmilx ġid. Tkunux
    ġenituri moħħkom fuq skola biss, ħeġġuhom lit-tfal għall-Isports jew
    għall-kultura. Gawdu l-ħajja flimkien għax waħda biss għandna u
    apprezzaw lil xulxin. Neħħu l-gdiedem. Oħorġu min hawn u tbissmu
    waħda għalija. Life goes on u għixu kull sekonda li tistgħu bi tbissima
    fuq wiċċkom.
    Kelli mumenti koroh u kont ngħid għaliex jien? Tħossok qalbek
    waqfet u saqajk ma tħosshomx meta tinduna li kura għalik m’hemmx.
    Tħossok ġo ħolma, ħolma kerha li diffiċli tiddeskriviha. Kelli 2
    għażliet: nintefa id-dar nistenna l-mewt toħodni jew li nibqa’
    niġġieled u nittama. Il-ħajja hija ġlieda kontinwa. U ara ma
    jfettilkomx ikollkom problema ta’ saħħa u ma tiġġildulhiex!
    Ħudu ħsieb saħħitkom, ħudu ħsieb lil xulxin, ibqgħu magħqudin fil-Mulej
    u ħudu gost għalija. M’hemmx dwejjaq u biki. Ftakru
    f’Doreen!
    Grazzi lill-familja, qassisin, ħbieb, girien, ommijiet li kont magħkom
    waqt il-ħlas, kollegi tax-xogħol, tobba, ħbieb tal-Basketball, ħbieb tal-iskola,
    ħbieb fuq Facebook u kull min jafni għall-kuragg li dejjem
    tawni.
    Saħħa,
    Doreen

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    N/A
    Ott 13, 2017

    Mara ta' veru ! Strieh fis-sliem, Doreen !!!

    Irrispondi
  •  

Facebook