AĠĠORNAT: Id-droga kellha valur ta' miljuni ta' ewro … Qabda ta' 550kg droga kannabis u flus kontanti … Arrestati 6 persuni

  • Ott 13, 2017 09:26
  • Miktub minn iNews
    AĠĠORNAT: Matul il-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, il-Pulizija rnexxielha taqbad l-akbar sejba ta’ droga sa issa fil-gżejjer Maltin. B’kollox il-Pulizija għamlet sejba ta’ 550 kilogramma droga kannabis, li l-valur tagħha fis-suq jaqbeż il-miljuni ta’ ewro. Flimkien mad-droga nstabu wkoll mal-€100,000 fi flus kontanti.
     
    F’konferenza stampa li kienet indirizzata mill-Assistent Kummissarju Dennis Theuma u l-Ispettur Kevin Pulis li kien operattiv fuq din l-operazzjoni, kien ikkonfermat li b’rabta ma’ din is-sejba, ħames persuni - żewġ Taljani, żewġ Sloveni u raġel Malti - li kienu parti minn grupp ta’ kriminalità organizzata qed jinżammu arrestati. L-età tal-arrestati tvarja bejn 35 u 60 sena. Id-droga instabet ġo żewġ trakkijiet kbar li kellhom qiegħ falz b’pjanċi Taljani f’garaxxijiet fil-Fgura kif ukoll ammont relattivament żgħir ta’ droga instabet fil-vettura tar-raġel Malti li kienet pparkjata f’parkeġġ privat f’San Ġiljan.
     
    Mal-qabda tad-droga instabu wkoll l-ammont ta’ €100,000 fi flus kontanti, u l-Pulizija mhux qed teskludi li l-persuni arrestati jistgħu jaffaċċjaw akkużi relatati ma’ ħasil ta’ flus. Bħalissa għaddejja inkjesta mill-Maġistrat Josette Demicoli u l-persuni arrestati mistennija jistressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

    AKTAR KMIENI: F’dak li kien deskritt bħala lejl mill-aktar bieżel mill-Ministru għall-Intern Michael Farrugia, il-Pulizija qabdet ammont sostanzjali ta’ droga flimkien ma’ somma ta’ flus kontanti ta’ €100,000. Il-Pulizija arrestat ukoll sitt persuni b’rabta ma’ dan il-każ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook