AĠĠORNAT: Hysa għadu maħrub … Albaniż ipprova jispara lill-Pulizija iżda t-tir ma ħax … Arrestati żewġ Albaniżi b'rabta mal-hold-up fuq ġojjellerija

  • Ott 13, 2017 10:51
  • Miktub minn iNews

    AĠĠORNAT: Sadanittant il-Pulizija kkonfermat li Ramazan Hysa, l-Albaniż ta' 24 sena mfittex b'rabta mal-hold-up fuq Diamonds International fil-kumpless The Point f'Tigne, għadu maħrub. Hysa ilu mfittex għal dawn l-aħħar sitt ijiem. Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz tan-numri 119 / 21 224001 jew l-Għassa ta’ Tas- Sliema fuq 2294 3351.

    AKTAR KMIENI: Tard ilbieraħ filgħaxija Pulizija mir-Rapid Intervention Unit arrestaw żewġ irġiel Albaniżi li f’dan l-istadju mhux eskluż li setgħu kienu involuti fil-hold-up tal-ġojjellerija Diamonds International fil-kumpless The Point, f’Tigne.

    Jidher li meta l-Pulizija avviċinaw liż-żewġ irġiel, wieħed minnhom ħareġ arma tan-nar u ppuntaha lejn iż-żewġ Pulizija. Saħansitra pprova jagħfas il-grillu kemm-il darba, iżda b’xorti tajba ma ġie psrat l-ebda tir.

    Il-Pulizija intervjenew minnufih u rnexxielhom jarrestaw liż-żewġ Albaniżi, li għandhom 25 u 26 sena. Iż-żewġ membri tar-Rapid Intervention Unit ittieħdu ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, fejn ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief, kif ukoll xokk.

    Investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook