Il-ġuri dwar qtil f’Għawdex … il-ġurati jiddeliberaw il-verdett tagħhom

  • Ott 13, 2017 11:46
  • Miktub minn iNews

    Il-ġuri dwar qtil li seħħ erba’ snin ilu f’Għawdex wasal lejn tmiemu hekk kif bħalissa l-ġurati qed jiddeliberaw il-verdett tagħhom. Huma daħlu jiddeliberaw għall-ħabta tal-10.15 a.m. wara li l-Imħallef Antonio Mizzi temm l-indirizz tiegħu. F’dan il-ġuri, Gerald Galea, Għawdxi ta’ 67 sena miż-Żebbuġ jinsab mixli bil-qtil ta’ John Spiteri li kellu 45 sena.

    L-inċident kien seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2013, għall-ħabta tat-3.15 p.m., fil-parkeġġ fil-Qbajjar, Marsalforn, limiti taż-Żebbuġ. Galea jinsab mixli wkoll li ipprova joqtol lil iben il-vittma Matthew Spiteri, li kkaġuna b'€2,660 ħsara fil-vettura Daihatsu Terios ta' Joseph Hili (ir-raġel t'oħtu) li kien qed isuq u b'€600 ħsara fil-vann Isuzu tal-vittma.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook