Andriy Shevchenko "Montella għandu bżonn jingħata aktar żmien"

  • Ott 13, 2017 11:53
  • Miktub minn iNews

    L-ex attakkant leġġendarju ta' AC Milan Andriy Shevchenko tenna li l-club imissu jagħti aktar żmien lill-coach, Vincenzo Montella, minħabba li t-team għadu qed jinbena.

    Il-coach tar-Rossoneri jinsab taħt pressjoni wara li tilef żewġ partiti konsekuttivi tas-Serie A u nhar il-Ħadd filgħaxija ser jiffaċċjaw lil Inter fid-Derby della Madonnina.

    "Qed jippruvaw jibnu team kompettitiv biex jagħmlu lill-partitarji kuntenti. Iżda t-team għadu qed jinbena u għaldaqstant għadhom qed ifittxu leader. Il-coach għandu bżonn jingħata aktar żmien."

    "Ir-rekord personali tiegħi kontra Inter huwa ta' 15-il goal, 14 għal AC Milan u goal għal Dinamo Kiev."

    Shevchenko huwa l-coach nazzjonali tal-Ukrajna u meta mistoqsi jekk jikkunsidrax isir il-coach ta' AC Milan, fil-futur, huwa wieġeb: "Għandi xogħol li jogħġobni ħafna. Ninsab iffukat fuq l-Ukrajna, nixiteq nitjieb u li nikkwalikaw għall-Kampjonat Ewropew. Dan huwa l-futur tiegħi." 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook