Il-baġit għall-kultura 158% aktar mill-2013

  • Ott 13, 2017 13:00
  • Miktub minn iNews

    Il-baġit allokat għas-sena d-dieħla fil-qasam tal-kultura se jkun 158% aktar minn dak allokat għas-sena 2013.

    Kien il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici li rrimarka dan hekk kif kien qed jindirizza lill-mezzi tax-xandir dwar il-miżuri tal-Baġit 2018 fil-kultura.

    Bonnici nsista li l-Gvern qed jagħti lil dan il-qasam l-importanza li jixraqlu tant li fil-baġit għas-sena li ġejja l-investiment huwa bla preċedent.

    Huwa semma kif ġew allokati €70 miljun għall-kultura u l-qasam kreattiv, żieda ta' 10% fuq is-sena li għaddiet u 158% fuq l-2013 meta dak iż-żmien l-allokazzjoni kiene ta' €27 miljun.

    Il-Baġit 2018 jaħseb ukoll għal fond ta' €2 miljun fi programmi għal artisti, żieda ta' 8% fuq is-sena li għaddiet.

    Bonnici rrefera wkoll għall-Valletta 2018 fejn qal li €8 miljun mis-€70 miljun sejrin għaliha. Dan ifisser żieda ta' €3.5 miljun fuq is-sena li għaddiet.

    Huwa semma anke kif ġew allokati wkoll €5.3 miljun għad-Direttorat għar-Restawr.

    Il-ministru responsabbli mill-kultura sostna wkoll li l-kultura tirrifletti min aħna u għalhekk il-Gvern iħoss obbligu li jinvesti fiha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0