Mixja sabiex tiġi ċċelebrata l-White Cane Day

  • Ott 13, 2017 13:45
  • Miktub minn iNews

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis attenda mixja organizzata mill-GħaqdaMaltija ta’ Persuni Neqsin mid-Dawl sabiex tiġi ċċelebrata l-White Cane Day.

    Is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis faħħar l-impenn tal-Għaqda Maltija ta’ Persuni Neqsin mid-Dawl li taħdem kontinwament f’dan il-qasam daqshekk importanti. Din hija għaqda volontarja ta’ madwar 100 membru u l-għan tagħha huwa li tipprovdi assistenza lill-membri tagħha jew persuni oħra neqsin mid-dawl f’pajjiżna.

    Nhar il-Ħadd, madwar id-dinja, tiġi ċċelebrata l-White Cane Day u għalhekk l-Għaqda Maltija ta’ Persuni Neqsin mid-Dawl organizzat din il-mixja simbolika sabiex flimkien mal-membri tagħha, il-pubbliku preżenti, u għaqdiet volontarji oħra, twassal messaġġ importantifil-Belt kapitali. Dan il-messaġġ twassal bl-għan li tiżdied il-kuxjenza fuq kif kull individwu għandu jkollu aċċess ugwali, opportunitajiet ugwali, u rispett ugwali.

    Is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis sostna li l-Gvern qiegħed jaħdem sabiex kull individwu jkollu dritt għal opportunitajiet varji li jsaħħu d-dinjità tiegħu. Huwa saħaq fuq l-importanza li kulħadd fis-soċjetà jirrispetta lil u jkun ta’ spalla għal għajru. Huwa jemmen li kull persuna għandha ħafna kapaċitajiet u għandha jkollha l-opportunitajiet sabiex tiżviluppahom u ssarrafhom fis-soċjetà Maltija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0