FILMAT: “Aċċidentalment spiċċajt famuża f'pajjiż barrani” … Filmat dwar Malta jarawh aktar minn miljun persuna f’jumejn!

  • Ott 13, 2017 14:30
  • Miktub minn iNews

    Fuq is-sit soċjali Youtube qed idur filmat li f’24 siegħa ġibed l-attenzjoni ta’ aktar minn miljun persuna. Dan il-filmat mhu xejn għajr tmien minuti b’riklam lejn pajjiżna minn ġurnalista Amerikana mis-sit Buzzfeed.

    Bit-titlu ‘Accidentally Became Famous In Another Country’ l-awtriċi fil-filmat Erin Chack tirrakkonta storja dwar kif saret popolari f’pajjiż Mediterranju ħafna ‘l bogħod minn pajjiżha, l-Istati Uniti.

    Chack fost oħrajn spjegat li l-idea li titkellem fuq Malta waslet wara li  ġurnata fost l-oħrajn spiċċat mingħajr ideat dwar fuq xiex se tikteb l-artikli għas-sit Buzzfeed, u nibet  il-ħsieb li tikteb erba’ kelmiet fuq il-pajjiż li twieled fih wieħed min-nanniet tagħha, Malta.

    Sostniet li għalkemm ma kienetx taf eżatt fejn jinsab pajjiżna, wara riċerka li għamlet u rat xi ritratti ta’ pajjiżna, iddeċidiet li tivvjaġġa dawk is-siegħat kollha u żżur Malta. Fil-fatt baqgħet impressjonata b’pajjiżna u t-tifħir kien enormi l-aktar meta esperjenzat il-fatt li Malta hija waħda mill-isbaħ gżejjer li jeżistu fil-Mediterran. 

    Minn tifħir lejn il-kuluri sbieħ tad-dgħajjes fil-port pittoresk ta’ Marsaxlokk għas-sbuħija naturali ta’ wieħed mill-isbaħ portijiet fid-dinja, dak tal-Belt, dan il-filmat żgur li qed jagħmel riklam posittiv għal pajjiżna li se jattira għadd ta’ turisti li jżuruna.

    Fil-filmat tistqarr li ma tistax tifhem kif familta telqu minn dan il-pajjiż hekk majestuż bis-sbuħija tiegħu biex imorru jgħixu l-Istati Uniti. Sostniet li m’hemmx isbaħ minn xi veduti ta’ Malta biex tuża bħala sfond fil-mowbajl tagħha, u affaxinat ruħha bil-kuluri sbieħ tal-bibien u gallariji li jinsabu f’pajjiżna.

    Chack fl-aħħarnett sostniet li Malta huwa dak il-post li wieħed għandu jżur u r-riklam lil pajjiżna qed tagħmlu f’kull sit soċjali li tuża fosthom Youtube, Facebook, Twitter u anke Google.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook