“Fil-Partit Nazzjonalista hemm post għal kulħadd” … David Agius meta mistoqsi jekk hux qed imur kontra l-“ftehim” bejn Delia u Said

  • Ott 13, 2017 15:35
  • Miktub minn iNews

    “Fil-Partit Nazzjonalista hemm post għal kulħadd.” Hekk saħaq il-Whip Nazzjonalista David Agius f’konferenza tal-aħbarijiet fil-bini tal-Parlament wara li tefa’ n-nomina tiegħu għall-kariga ta’ Viċi Kap Nazzjonalista għall-Affarijiet Parlamentari. Dan wara li ġie mistoqsi minn Inewsmalta dwar jekk iqisx il-kandidatura tiegħu bħala li tmur kontra dak maqbul bejn id-Deputat Chris Said u l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia f’tentattiv li jgħaqqdu mill-ġdid lill-Partit, b’Said juri li kien dispost li jikkontesta għal Viċi Kap bil-kundizzjoni li ma jkunx kontestat. Mhux biss iżda kuntrarjament għal li qal il-kandidat l-ieħor għal din il-kariga, Edwin Vassallo, Agius saħaq li mhux biħsiebu li jirtiraha.

    Fil-konferenza tal-aħbarijiet Agius kompla jisħaq li hekk kif diġà ħabbar fit-30 ta’ Lulju li għadda, huwa kien bi ħsiebu li jitfa’ n-nomina tiegħu ikun min ikun il-Kap ġdid Nazzjonalista. Huwa saħaq li jħoss li għandu esperjenza kbira għal din il-kariga, u jħoss li għandu ħafna x’joffri lill-Partit. Saħaq li bħala ħadem sew ma’ Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi, u Simon Busuttil, l-istess lest li jagħmel ma’ Adrian Delia.

    Agius saħaq li għandu appoġġ bi 350 firma minn membru, tesserati, u minn fi ħdan il-kunsill ġenerali.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook