Maratona ta’ 60 siegħa mużika live bis-sehem ta’ iktar minn 180 mużiċist

  • Ott 18, 2017 15:00
  • Miktub minn iNews

    Mużika live il-lejl kollu għal żewġt iljieli – u ġranet – nfila, kollox għal kawża ġusta: din hi r-riċetta ta’ suċċess għat tielet maratona ta’ mużika live li ssir kull sena għand Talbot & Bons fi Skyparks, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

    Il-maratona tibda nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Ottubru, fil-11 a.m. Matul dan l-avveniment, organizzat minn Talbot & Bons u Entertainment.com.mt, b’Yobetit.com bħala l-isponsor ewlieni, sejrin jinġabru fondi għal tfal u żgħażagħ li jagħmlu parti mill-Brigata Sależjana.

    Iktar minn 180 mużiċist u mużiċista – kemm artisti stabbiliti u dawk emerġenti, u bands – sejrin jippreżentaw ġeneri differenti ta’ mużika waqt maratona ta’ 60 siegħa fi tmiem din il-ġimgħa. Għall-ewwel siegħa sejrin idoqqu Airport Impressions.

    Fost l-artisti li mistennija jdoqqu għal siegħa sħiħa hemm Ozzy Lino, Nadine Axisa, Claudia Faniello u l-band tagħha, The Crowns, Joe Carr, Tea Crisis u Falling Stars, kif ukoll bands Maltin ikoniċi bħal Brodu, li jdoqqu mużika rock alternattiva, b’influwenzi minn stili oħra bħal funk, blues u doom metal, li jkantaw kemm bl-Ingliż u bil-Malti. Biex iġibu l-maratona fi tmiemha hemm band speċjali li ġiet iffurmata għal din il-maratona b’ħafna kantanti mistiedna, fosthom Ira Losco.

    Amy Talbot, Direttriċi ta’ Talbot & Bons, ilha taħdem mingħajr waqfien biex tassigura li l-avveniment ikun ta’ suċċess, wara li rat il-benefiċċji tal-aħħar żewġ avvenimenti. “Ninsabu fiduċjużi li n-nies sejrin isibu l-ħin fi tmiem din il-ġimgħa biex jiġu hawn jew juru l-appoġġ tagħhom għall-mijiet ta’ tfal li jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi billi jibgħatu SMS bid-donazzjoni tagħhom,” hi qalet.

    Dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni jistgħu jagħmlu dan billi jibgħatu sms fuq 506 17 321 (€2.33); 506 17 915 (€4.66) jew  506 19 245 (€11.65).

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0