Il-Volvo XC60 l-ġdida ppreżentata f’Malta

  • Ott 19, 2017 13:58
  • Miktub minn iNews

    GasanZammit Motors Ltd. ippreżentaw l-aħħar mudell tal-Volvo, l-XC60, karozza SUV ta’ daqs medju, waqt konferenza li saret f’ “The Galley”, f’Ta’ Xbiex. Il-karozza l-ġdida tieħu post l-oriġinali XC60 li kienet suċċess kbir u li f’ disa’ snin minn mindu kienet illanċjata saret l-aktar SUV ta’ daqs medju li nbiegħet fl-Ewropa u li minnhom inbiegħu kważi miljun waħda minnhom. L-XC60 llum tirrappreżenta tletin fil-mija tal-bejgħ kollu tal-Volvo madwar id-dinja.

    Kienu snin rimarkabbli għall-Volvo mindu kienet imnedija l-XC90 SUV u issa kien imiss lis-60 ‘cluster cars’ li jinbidlu, bl-ewwel waħda tkun l-XC60 SUV. L-XC60 l-ġdida hija waħda mill-aktar karozzi siguri li qatt inħadmu u toffri l-aħħar teknoloġiji ta’ sigurtà, inkluża s-sistema l-ġdida Oncoming Lane Mitigation li toffri għajnuna waqt is-sewqan biex timmitiga ħabtiet head-on. Is-sistema semi-awtomatika tal-Volvo, il-Pilot Assist, tieħu ħsieb l-isteering, l-aċċelerazzjoni u l-brejking f’toroq immarkati sewwa sa 130 km fis-siegħa, li tista’ tinkiseb fl-XC60 l-ġdida bħala għażla.

    Is-Sur Manfred Galea, Brand Manager ta’ GasanZammit Motors Ltd tal-Volvo, waqt it-tnedija tal-XC60 l-ġdida, qali li “bla ebda dubju l-Volvo XC60 l-ġdida hija five-seater SUV Żvediza prattika, fejn hi naturali l-prattika ibrida. Fejn kull darba li ssuqha hu ta’ pjaċir. Barra minn hekk toffri saħħa, stil u livell ta’ kwalità u kumdità.”

    L-XC60 hija r-raba’ mudell ibbażat fuq l-arkitettura tal-karozzi SPA tal-Volvo, wara l-introduzzjoni tan-90 series introdotta fis-snin riċenti. L-investimenti relatati mal-SPA fl-iŻvezja kellhom effett pożittiv fuq l-impiegi fil-kumpanija meta nħolqu eluf ta’ postijiet ġodda tax-xogħol fil-produzzjoni, riċerka, żvilupp u f’dipartimenti oħra.

    L-XC60 l-ġdida se tkun illanċjata b’magna diesel D4 b’190hp u warajha tasal bil-magna ta’ suċċess tal-Volvo T8 Twin Engine b’407hp b’aċċellerazzjoni minn 0-100 km f’5.3 sekonda biss.  Volvo mistennija li jkollha sena ta’ rekord fil-bejgħ din is-sena meta l-XC60 l-ġdida issa tista’ tinkiseb fis-swieq, inkluża f’Malta, grazzi għal Gasan Zammit Motors Ltd.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0