L-Għid tal-Erwieħ … ikla tematika fil-Palazz tal-Inkwiżitur

  • Ott 23, 2017 17:30
  • Miktub minn iNews

    Għalfejn jgħidu li l-erwieħ jifirxu s-sarvetta? Qatt smajt bil-borma tal-erwieħ jew bil-ħanżira tal-erwieħ? X’ikun it-tubru li jintrama’ fil-knejjes? 

    L-Għid tal-Erwieħ ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur hi attività oħra mtella’ minn Heritage Malta  li matulha se tfakkar tradizzjonijiet popolari tal-mewt, l-erwieħ u l-ħajja wara l-mewt. Din l-attività tinkludi ikla tradizzjonali u tematika magħrufa bħala dik tal-ħanżira tal-erwieħ.  

    Isem l-ikla oriġina minn drawwa lokali f’din l-okkażjoni fejn il-Maltin kienu jħallu ħanżira tiġri fit-toroq b’qanpiena mdendla ma’ għonqha u wara li tismen tinqatel u tissajjar u titqassam lill-fqar. Il-majjal il-forn huwa l-platt ewlieni ta’ din l-ikla tematika ta’ din l-attivitá. Ġeneralment l-ikla tibda bil-maħluta, li hija xarba ħelwa u qarsa li tissimbolizza l-ferħ u l-imrar tal-ħajja. Se jkun hemm ukoll ħobż mixwi bit-tewm u t-tursin magħruf bħala l-ftieti tal-għaża, il-kawlata kif ukoll l-għadam tal-mejtin, il-ħelu sinonimu ma’ din l-okkażjoni.

    Il-parteċipanti se jkollhom l-opportunitá wkoll jaraw għażla ta’ santi tal-mejtin mid-donazzjoni li reċentament Heritage Malta irċeviet mingħand is-Sur Alfred Calleja. Din il-kollezzjoni tammonta għal eluf ta’ santi, uħud minnhom mill-bidu tas-seklu 20. Fosthom jispikkaw diversi personaġġi minn sferi differenti tal-ħajja.

    Dawk l-aktar avventurużi se jkollhom ċans jisfidaw il-miti li nħolqu maż-żmien u jqattgħu l-lejl fiċ-ċelel tas-seklu 17 jew f’post suġġestiv ieħor ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur. Dawk li se jorqdu fil-palazz iridu jaħsbu għat-tagħmir tal-irqad tagħhom.

    L-Għid tal-Erwieħ se ssir bil-Malti, u l-postijiet huma limitati.

    L-attivitá se ssir nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Novembru. Il-biljetti, għall-prezz ta’ €30 u  €28 għall-membri, jistgħu jinxtraw mill-mużewijiet u siti ta’ Heritage Malta jew online, http://shop.heritagemalta.org/

    Għal iktar tagħrif wieħed jista’ jċempel fuq 21663731 jew iżur il-wesbite tal-aġenzija, jew il-paġna ta’ facebook tal-Palazz tal-Inkwiżitur.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0