FILMAT: Wirja Marjana ġewwa l-Fgura

  • Ott 25, 2017 19:15
  • Miktub minn iNews

    Fl-okkażjoni tal-bidu taċ-ċelebrazzjonijiet li qegħdin ifakkru l-25 anniversarju tal-Kummissjoni Festa Esterna fil-Fgura, se tiġi mtellgħa wirja Marjana bl-isem ta’ “Hawn Hi Ommok” ġewwa l-Knisja l-Qadima tal-istess raħal. Din se tkun miftuħa minn nhar it-Tlieta 24 sal-Ħadd 29 t’Ottubru. 

    Minn żmien għal żmien, il-Kummissjoni li l-għan prinċipali tagħha huwa l-organizzazzjoni tal-festa esterna ġewwa l-Fgura, dejjem ħasbet biex torganizza wirjiet ta’ livell għoli u fil-passat saru oħrajn simili li niżlu ferm tajjeb fost id-dilettanti tal-arti sagri f’pajjiżna. Ta’ kull sena wkoll, il-Kummissjoni torganizza wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa ferm rinomata.

    Il-wirja “Hawn Hi Ommok” tinkludi fiha varjetaà kbira ta’ statwi tal-Madonna fil-minjatura li huma xogħol ta’ Malta, Lecce u Napli. L-esebiti huma kollezzjonijiet unicċi minn kunventi u kollezzjonisti privati. Il-materjal tal-istatwi huwa dak tal-injam, kartapesta, terracotta u l-perjodu li fih inħadmu jmur lura sas-seklu tmintax.

    Minbarra l-istatwi fil-minjatura, se ikun hemm ukoll esbiti numru sabiħ ta’ statwi kbar li jintramaw fuq il-pedestalli matul il-festi tal-irħula. Dawn huma xogħol fil-karatapesta u jittrattaw diversi titli t’Ommna Marija fosthom dak tal-Madonna tal-Karmnu li Hija l-Patruna tal-Fgura. Ma jonqsux ukoll, numru ta’ pitturi minn artisti kontemporanji Maltin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0