BOV b'ċentru ġdid f'Santa Venera

  • Ott 31, 2017 15:18
  • Miktub minn iNews

    Il-BOV jibni ċentru ġdid iddedikat għall-klijenti Korporattivi u tal-Wealth Management

    Iċ-Chairman tal-BOV Deo Scerri akkompanjat mill-Kap Eżekuttiv tal-BOV Mario Mallia għamlu żjara qasira fuq is-sit tal-kostruzzjoni taċ-Ċentru l-ġdid għall-Klijenti Personali u Kummerċjali f’Santa Venera. Iċ-Ċentru, li jinsab faċċata tal-Kwartieri Ġenerali tal-Bank fi Triq il-Kanun Santa Venera se jkun qed jiġbor fih iċ-Ċentru Korporattiv tal-Bank u d-diviżjoni tal-Wealth Management.

    Filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-progress irreġistrat sa issa, is-Sur Scerri qal li, “Is-servizz eċċellenti li jingħata lill-klijenti dejjem kien il-marka kummerċjali tal-Bank of Valletta. Aħna ninsabu impenjati biex niżguraw li dan jibqa’ minnu, fil-mezzi kollha li bihom il-Bank joffri s-servizzi tiegħu, b’mod speċjali f’dawk l-unitajiet li jiffaċċjaw il-klijenti. Dan iċ-Ċentru se jkollu fih żewġ funzjonijiet li joffru servizzi ta’ livell għoli lill-klijenti personali u korporattivi tal-Bank. Qed isiru l-isforzi kollha biex jiġi żgurat li dan il-bini b’teknoloġija avvanzata joffri l-konvenjenza u l-flessibbiltà adegwati li l-klijenti tagħna jistennew mis-sieħeb finanzjarju tal-għażla tagħhom.”

    Is-Sur Mallia, filwaqt li kompla jikkorrobora l-kummenti taċ-Chairman, irringrazzja lill-impjegati kollha involuti għax-xogħol kbir tagħhom. “Dan il-proġett huwa għal darb’oħra stadju importanti li se jkun qed jara l-Grupp tal-BOV jirrinfurza l-impenn tiegħu biex jagħti servizz lill-klijenti tiegħu, kemm personali kif ukoll korporattivi, sabiex is-servizz li jingħata jkun wieħed olistiku kemm jista’ jkun, u li jitwassal bl-aktar mod uniformi u f’waqtu.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0