Offerti ġodda, ħinijiet tal-ftuħ estiżi għand Hyundai matul Novembru

  • Nov 02, 2017 11:45
  • Miktub minn iNews

    Motors Inc. qed tħabar skontijiet mill-aqwa fuq il-mudelli kollha Hyundai speċjalment fuq l-aktar mudelli li sejrin tajjeb jiġifieri l-Hyundai i10, Hyundai i20 u l-Hyundai Tucson li hemm bħalissa in stock bi prezzijiet li jibdew minn €8,990. 

    Dawn l-offerti, li se jibqgħu validi sakemm jispiċċa l-istock jinkludu wkoll l-iskema ta’ l-iscrapping li hemm bħalissa, u jdumu matul ix-xahar ta’ Novembru kollu.

    Matul Novembru fil-fatt, ix-showroom ta’ Hyundai f’Triq il-Wied B’Kara qed testendi l-ħinijiet tal-ftuħ tagħha sat-8.00 ta’ filgħaxija kull nhar ta’ Erbgħa biex b’hekk twassal iżjed konvenjenza lill-klijenti kollha.

    Il-Hyundai i10 żgħira iżda spazjuża tibda’ minn €8,990, il-Hyundai i20 attraenti tibda’ minn €11,400 filwaqt li l-Hyundai Tucson SUV mill-isbaħ, tibda’ minn €20,900 biss. Il-mudelli kollha Hyundai jiġu b’garanzija ta’ 5 snin mingħajr limitu fuq il-mileage.

    Hyundai minn dejjem tat ħafna importanza li jitwassal servizz eċċellenti lill-klijenti u dan kompla joħroġ biċ-ċar waqt it-12-il Edizzjoni tal-Hyundai World Skill Olympics. L-iSkill Olympics tests li jsiru darba kull sentejn huma ċelebrazzjoni tas-servizz mill-aqwa li Hyundai twassal madwar id-dinja u din l-aktar edizzjoni riċenti rat is-sehem ta’ 72 service personnel minn 53 pajjiż juru t-teknika u dak li jafu mal-kollegi tagħhom minn swieq oħrajn. L-avveniment fuq stil Olimpiku, iħeġġeġ lil dawk kollha li jieħdu sehem biex jibqgħu joffru l-ogħla livell ta’ servizz biex id-ditta Hyundai tibqa’ tissaħħaħ.

    “Għand Motors Inc. aħna ngħożżu l-istess valuri ta’ Hyundai lejn kwalità u standards għoljin u huwa għalhekk li ninsabu dejjem infittxu meżżi ġodda kif intejjbu l-prodotti u s-servizzi li aħna noffru. Il-fatt li qed inkomplu nwasslu iżjed konvenjenza u offerti iżjed kompetittivi, huwa parti mill-impenn tagħna li naqdu lill-klijenti tagħna aħjar,” qalet Motors Inc.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0