STĦARRIĠ: Id-distakk bejn il-PL u l-PN… 75,000 vot

  • Nov 05, 2017 09:33
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif għaddew ħames xhur mindu saret l-elezzjoni ġenerali, liema xhur kienu karatterizzati minn taqlib politiku b’mod partikolari fil-Partit Nazzonalista, qed jirriżulta li d-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista kompla kiber.  Minn stħarriġ xjentifku li sar fost 530 persuna mill-istatistiku Dr Vincent Marmara qed jirriżulta li d-distakk kiber għal 75,000 vot.

    Dr Vincent Marmara qalilna li ‘f’dan l-istudju intuża il-metodu tal-istratified random sampling. B’hekk il-kampjun miġbur kien imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies f’Malta, id-distretti, is-sess tagħhom u kif ivvutaw fl-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2017. F’dan l-istudju qiegħed jintuża l-metodu tal-Multiple Imputation Technique biex wieħed ibassar dawk li irrifjutaw li jwieġbu x’kienu jwieġbu li kieku wieġbu għall-mistoqsija dwar f’kaz ta’ elezzjoni ġenerali għada lil min jivvutaw.

    Meta lin-nies staqsejnihom ‘Lil liema partit tivvota f’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada?’, 51.4% qalulna lill-Partit Laburista, 22.3% qalulna Partit Nazzjonalista, 3.2% qalulna Oħrajn, 9.1% qalulna ‘Ma nafx’ jew irrifjutaw li jwiegbu u 14.0% qalulna li ma jivvutax.

    Meta wieħed japplika l-mudelli xjentifiċi, fosthom il-metodu tal-Multipe Imputation Technique, biex wieħed jipprova jsib l-aqwa estimu possibli ghal dawk li irrifjutaw li jwieġbu u dawk li huma indeċiżi, ir-riżultat finali bħalissa jkun, 60.1% jivvutaw lill-Partit Laburista, 35.9% jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista u 4.0% jivvutaw lil partiti oħra.

    F’kummenti li Dr. Vincent Marmarà għadda lil IT-TORĊA qalilna li “d-distakk bejn il-partiti żdied b’wieħed b’saħħtu għal żewġ raġunijiet prinċipali. Għandek l-ewwel fattur li madwar 11,000 votant li ivvutaw lill-PN fit-3 ta’ Ġunju 2017, f’każ ta’ elezzjoni għada jivvutaw lill-Partit Laburista. Mentri huma madwar 2,000 vot biss li lesti jaqilbu l-vot tagħhom mill-Partit Laburista għall-Partit Nazzjonalista. Aktar minn hekk għandek numru kbir ta’ votanti li ivvutaw lill-Partit Nazzjonalista fit-3 ta’ Ġunju, iddikjaraw li f’każ ta’ elezzjoni għada ma jivvutaw lil hadd. B’hekk, meta wieħed jikkunsidra dawn il-fatturi kollha, id-distakk bejn il-Partiti bħalissa huwa dak ta’ madwar 75,000 vot.”

    Mill-istħarriġ jirriżulta li 67.3% tan-nies li ivvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni tat-3 ta’ Ġunju jaħsbu li Adrian Delia m’għandux jitneħħa minn Kap. Imbagħad hemm 22.1% jaħsbu li għandu jitneħħa, mentri 10.6% huma indeċiżi.

    Jirriżulta ukoll li 55.8% jaħsbu li l-qtil ta’ Daphne Caruana Galiza m’huwiex qtil politiku. Huma 23.8% li  jaħsbu li huwa qtil politiku, mentri 20.4% huma indeċiżi.

    L-istħarriġ sar minn Sagalytics

    Dan l-istħarriġ sar minn Sagalytics  mill-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru u l-Ħamis 2 ta’ Novembru permezz tat-telefon. Il-kampjun miġbur kien dak ta’ 530 b’Confidence Level ta’ 95% u Confidence Interval ta’ ±4.3% fost dawk in-nies ta’ età minn 18-il sena ‘l fuq.  Sagalytics topera fl-oqsma tar-riċerka u data xjentifika. Il-fundaturi tagħha jaqsmu passjoni u l-viżjoni għall-użu tar-riċerka biex jiġi faċilitat il-fehim tas-soċjetà, jgħin organizzazzjonijiet jiżviluppaw u biex jgħinu lin-negozji jikbru. L-għan globali huwa li jgħin lill-klijenti tagħna jżidu l-użu tad-data u informazzjoni oħra. Huwa twemmin tagħna li meta jagħmlu hekk nistgħu noħolqu fehim aħjar tal-kuntesti soċjali, ekonomiċi, politiċi u ambjentali fil-livelli kollha sew lokali, nazzjonali jew globali.

    Dr. Vincent Marmarà huwa Statistiku u Riċerkatur bi professjoni. Huwa kiseb l-ewwel grad tiegħu fl-Istatistika, Riċerka Operattiva u Matematika mill-Università ta' Malta. Huwa aktar tard avvanza l-istudji tiegħu billi kiseb Masters of Science fl-istatistika mill-Università ta' Sheffield fir-Renju Unit. Aktar minn hekk, huwa kiseb ukoll d-dottorat tiegħu fil-Matematika (Statistika) mill-Università ta' Stirling, l-Iskozja. F'dawn l-ahhar 12-il sena huwa kien fdat b'diversi proġetti ta' riċerka kemm fuq livell nazzjonali u kif ukoll internazzjonali. Huwa mexxa gruppi ta' riċerka u analizzat data xjentifika ta' livell għoli. Dr. Marmarà huwa lecturer fil-fakultà tal-FEMA fl-Università ta' Malta u huwa affiljat mar-Royal Statistical Society tar-Renju Unit.

    Dr  Vincent Marmara hu l-uniku riċerkatur li rnexxielu jaqta’ ir-riżultat tal-aħħar elezzjoni b’mod eżatt.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0