Prinċep tal-Arabja Sawdita jmut f'tiġrif ta' ħelikopter … Jikbru l-għidut dwar ġlieda għall-poter

  • Nov 06, 2017 08:36
  • Miktub minn iNews

    Prinċep tal-Arabja Sawdita miet meta l-ħelikopter li kien qed jivvjaġġa fuqu ġġarraf viċin il-fruntiera mal-Jemen. Il-Prinċep Mansour bin Muqrin, id-deputat gvernatur tal-provinċja ta ‘ Asir, kien qed jivvjaġġa flimkien ma’ numru ta’ uffiċjali fil-mument tal-inċident.

    L-istazzjon statali Al-Ikhbariya rrapporta li f’dan il-mument għadu mhux magħruf x’wassal biex il-ħelikopter jiġġarraf.

    L-Arabja Sawdita qalet li jum qabel dan l-inċident hija kienet interċettat missili ballistika fil-viċinanzi tal-ajruport ta’ Riyadh li kienet sparata mill-Jemen.

    Matul tmiem din il-ġimgħa ttieħdu passi fil-konfront ta’ 11-il prinċep u erba’ ministri, f’mossa li bosta qed jgħidu li hija intenzjonata biex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-Prinċep Mohammad bin Salman. L-akkużi miġjubin kontrihom huma ta’ involviment f’korruzzjoni. Madankollu l-aktar li qed iqajjem xettiċiżmu dwar din il-mossa hija li l-aġenzija nazzjonali ta’ kontra l-korruzzjoni hija mmexxija minn Salman innifsu.

    Il-Prinċep Mansour bin Muqrin, li miet fit-tiġrif tal-ħelikopter, huwa iben prinċep ieħor li kien mistenni li jieħu t-tron.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0