Il-kontribut tan-nisa fis-soċjetà tas-Seklu 18 kien sinjifikanti

  • Nov 06, 2017 09:19
  • Miktub minn iNews

    Ktieb dwar in-nisa tas-seklu 18 f’Malta fis-seklu 18 tnieda uffiċċjalment fit-tempji Megalitiċi tal-Ġgantija f’Għawdex,  li 300 sena ilu kien imdawwar b’għelieqi kbar tal-qoton meta l-parteċipazzjoni tan-nisa Għawdxin kienet attiva ħafna f’din l-industrija popolari fil-gżejjer Maltin. In-nisa Maltin u Għawdxin ħadu sehem f’bosta xogħlijiet varjati, bħala bdiewa, fl-insiġ tal-qoton, bħala ħajjatin, għall-ħasil u t-tindif, fil-fran, bħala sidien ta’ ħwienet u anki bħala atturi. Il-produzzjoni tat-tessuti b’mod partikolari involviet ħafna ħidmet in-nisa, fi żmien fejn anki l-industrija tal-kursara kienet b’saħħitha ħafna.

    “In-nisa Maltin tas-seklu 18 ma kinux personalment u direttament involuti f’movimenti kbar jew taqlib politiku kbir. Sofrew minn ħafna restrizzjonijiet u limitazzjonijiet fid-drittijiet legali u soċjali imma xorta ma kinux invisibbli u bla leħen. Il-kontribut tagħhom f’setturi differenti għat-tkabbir u l-iżvilupp tas-soċjeta` kien sinjifikanti u ma għandux ikun injorat.” qalet Yosanne Vella, l-awtriċi ta’ ‘Women in 18th Century Malta’.

    Il-pubblikazzjoni tiżvela stejjer awtentiċi ta’ nisa Maltin fil-Qrati tal-Ġustizzja mixlija akkużati b’attivita` kriminali li jinkludu serq, ġlidiet u prostituzzjoni. Dokumenti tal-Qorti riċerkati mill-awtriċi jinkludu akkużi kontra nisa kemm mill-Belt Valleta kif ukoll minn irħula. L-akkużi jvarjaw minn kondotta abbużiva u profana għal sokor, serq, molestar, ġlied u swat.

    Fir-riċerka tagħha l-awtriċi fliet l-arkivji tal-Inkiżitur li żvelaw perpettiva differenti tal-ħajja fil-monasteri. Soru Karmelitana ħarġet tqila fl-1730 u pprovat twettaq abbort. Is-sorijiet tal-Monasteru ta’ Santa Skolastika ġew akkużati b’aġir skandaluż u pagan, b’soru akkużata li kellha x’taqsam sesswalment max-xitan.

    Tliet mitt sena ilu l-parti l-kbira tan-nisa Maltin u Għawdxin, u anki l-irġiel, kienu illetterati. Iżda numru ta’ sorijiet probabbilment kienu jafu jaqraw il-ktieb tat-talb ta’ kuljum, li kien bil-Latin, u kienu wkoll jgħallmu l-katekiżmu lil bniet.

    L-awtriċi tiżvela inkontri bejn nisa Maltin u Kavallieri ta’ lingwi differenti u l-preżenza ta’ lsira Musulmani. Uħud mill-ilsira ma kinux intimidati, anzi, kienu fuq tagħhom tant li illetikaw u insulentaw nisa Maltin, ġieli anki lis-sinjura tagħhom. 

    Yosanne Vella timraħ fil-każijiet tal-qorti li jinvolvu adulterji u offiżi ta’ natura sesswali. In-nisa Maltin sfaw vittmi tal-attenzjoni mhux mixtieqa tal-Kavallieri, aġir li qanqal d-disprezz tal-Maltin lejhom. Nisa Maltin oħra, li setgħu kienu senswali fl-apparenza tagħhom, ukoll fittxew li jġennu għal warajhom lil xi Kavallier. In-nisa kienu wkoll vittmi ta’ inġustizzji u atti kriminali. Iżda, ġieli kienu n-nisa stess li personalment ikkommettew atti kriminali. Il-vjolenza kontra n-nisa ġrat b’mod rikorrenti. Ħafna drabi din saret mir-raġel tagħhom stess. Għal ħafna nisa Maltin, is-swat kien parti mill-ħajja matrimonjali.

    Il-ktieb, illustrat b’pitturi minn kollezzjonijiet privati u pubbliċi f’Malta, Pariġi u San Pietruburgu, se jinbigħ għal €25 mill-ħwienet tal-kotba lokali u se jinbigħ ukoll bi prezz speċjali ta’ €20 mill-istand tal-SKS fil-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta bejn it-8 u t-12 ta’ Novembru. L-awtriċi se tattendi l-Fiera nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru bejn is-6pm-8pm biex tiffirma kopji ta’ din il-pubblikazzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0