L-Assoċjazzjoni tal-Aġenti tal-Ivvjaġġar Brittaniċi twissi li Malta taf tintlaqat l-aktar f'dak li huwa turiżmu wara Brexit

  • Nov 06, 2017 10:18
  • Miktub minn iNews

    Malta jaf tkun l-aktar affettwata kaġun ta’ Brexit jekk ir-Renju Unit ma jilħaqx ftehim mal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ vjaġġar fl-Ewropa taċ-ċittadini Brittaniċi. Riċerka kkummissjonata minn esperti fil-qasam tat-turiżmu Brittaniku turi li nuqqas ta’ ftehim dwar vjaġġar jaf jipperikola mat-£33 biljun, l-ekwivalenti ta’ €37.4 biljun, li jintefqu fis-sena mit-turisti Brittaniċi fil-kontinent Ewropew.

    Fost il-pajjiżi li ssir referenza għalihom fir-riċerka hemm Malta u Spanja, b’madwar 16% tan-negozji f’pajjiżna msemmijin bħala li għandhom konnessjonijiet mat-turiżmu Brittaniku. Dan filwaqt li huwa stmat li turisti Brittaniċi kkontribwixxew b’aktar minn €13-il biljun fl-ekonomija Spanjola.

    Ir-riċerka tindika wkoll li madwar tliet terzi tal-vjaġġi barra l-pajjiż minn Brittaniċi huma lejn stati membri tal-Unjoni Ewropea.

    L-Assoċjazzjoni tal-Aġenti tal-Ivvjaġġar Brittaniċi (Abta), li kkummissjonat l-istudju, appellat lil Brussel biex il-ftehim ta’ Brexit ikun jinkludi wkoll ftehim biex turisti Brittaniċi jiksbu aċċess faċilitat fil-kontinent Ewropew.

    Hemm it-tħassib li l-introduzzjoni ta’ sistema ġdida ta’ visas jaf ikollha impatt negattiv fuq it-turiżmu ladarba ir-Renju Unit jinħall formalment minn mal-Unjoni Ewropea fl-2019. Taħt il-proposti tal-UEvisa għal tliet snin se tkun tiswa £4.50, l-ekwivalenti ta’ €5.08, għalkemm għad irid jintlaħaq ftehim uffiċjali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0