FILMAT: Żagħżugħ b'kapaċitajiet speċjali... jixtieq jirnexxi wara li ħalla l-istudju biex imantni lil familtu

  • Nov 09, 2017 17:51
  • Miktub minn iNews

    Dan iż-żagħżugħ li jgħix fil-Pakistan irnexxielu jiġbed l-attenzjoni tal-midja wara li wera li u kapaċi jdawwar rasu b’tali mod li jkun jista’ jsegwi perfettament xi jkun qiegħed jiġri wara dahru.

    Sameer Khan riċentament tqabbel ma’ kokka għax il-kapaċitajiet tiegħu huma simili għal dawk ta’ din it-tajra.

    Iż-żagħżugħ għandu xewqa li fil-futur jirnexxielu jaħdem f’wieħed mill-films ta’ Hollywood. Huwa qal li kien wara li segwa attur fuq it-televiżjoni li skopra dan it-talent hekk kif wara ftit ġimgħat irnexxielu jikseb tali flessibilità.

    Żied jgħid li għall-ewwel ommu tagħtu daqqa ta’ ħarta u wissietu biex ma jerġax jipprova dawn l-affarijiet, sakemm ftit żmien wara skopriet li hu kien speċjali.

    Omm iż-żagħżugħ qalet li hi kellha pjan differenti għal binha. Hija xtaqet li binha jitgħallem l-iskola u jibni karriera bla tbatija, iżda ta’ età żgħira kellu jħalli l-iskola biex ikun jista’ jmantni lill-familja wara li missieru marad serjament.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0