Aktar allegazzjonijiet ta' abbużi sesswali jheżżu d-dinja ta' Hollwood … Issa jmiss lill-attur ta' “Prison Break” Robert Knepper

  • Nov 09, 2017 19:00
  • Miktub minn iNews

    L-attur mis-serje popolari “Prison Break” Robert Knepper huwa l-aħħar attur li żdied fil-lista ta’ personalitajiet li fil-konfront tagħhom qed jinġiebu akkużi relatati ma’ abbuż sesswali.

    L-attur ta’ 58 sena, li huwa magħruf ukoll għas-sehem tiegħu f’serje popolari oħra “Twin Peaks”, madankollu qed jiċħad li huwa attakka sesswalment lil Susan Bertram, il-persuna responsabbli mill-ħwejjeġ li jilbsu l-atturi waqt il-ġbid tax-xeni. Bertram qed tallega li hija sfat attakkata sesswalment minn Knepper waqt li kienet fuq is-set ta’ Gas Food Lodging li nġibed fl-1992.

    Dawn huwa l-aħħar allegazzjonijiet li heżżew lid-dinja ta’ Hollywood, wara akkużi fil-konfront tal-produttur tal-films Harvey Weinstein u l-attur Kevin Spacey fost oħrajn.

    Bertram qed tisħaq li Knepper attakkaha meta ħadet xi ħwejjeġ fit-trailer tal-attur.

    F’intervista ma’ The Hollywood Reporter hija qalet li l-attur għollielha d-dublett u qabdilha l-parti intima tagħha. Hija kompliet tgħid ukoll li l-attur saħansitra pprova jistupraha iżda rnexxielha taħrab u tissakkar f’kamra tal-banju fil-viċin.

    Bertram kompliet tgħid li dakinhar kienet qalet b’dak li kien seħħ lill-assistenta tagħha Dominique Dubois, iżda kienu ddeċidew li ma jgħidu lil ħadd dwar dan l-inċident.

    Fl-intervista hija qalet “Anke li kieku tkellimt, x’kienu se jagħmlu? Ikeċċu lill-attur prinċipali?”

    Hija qalet li ddeċidiet li titkellem dwar dak li kien ġara wara filmat li kien ixxandar li juri konverżazzjoni li kienet żvolġiet bejn il-preżentatur Billy Bush u Donald Trump fl-2005, f’liema konverżazzjoni Trump jinstema’ jgħaddi kummenti sessisti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0