Tifel ta' tliet snin allerġiku għal prodotti tal-ħalib imut wara li fl-iskola jingħata sandwich bil-ġobon … minkejja d-diversi drabi li qrabatu wissew lill-iskola dwar dan

  • Nov 09, 2017 19:42
  • Miktub minn iNews

    Fi storja li ħasdet lill-Istati Uniti, tifel ta’ tliet snin li kien ibati minn allerġija severa għal prodotti tal-ħalib miet wara li ngħata sandwich li kellha l-ġobon waqt li kien l-iskola. Il-midja Amerikana qed tirrapporta li t-tifel, Elijah Silvera, mill-ewwel intilef minn sensih meta kiel il-ħobża li ngħatatlu fl-iskola ta’ “Seventh Avenue Center for Family Services” li tinsab f’Harlem u minkejja li ttieħed b’urġenza l-isptar huwa miet ftit tal-ħin wara. L-inċident seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda.

    L-iskola, li tilqa’ fi ħdanha mal-40 tidel u tifla, kellha tagħlaq il-bibien hekk kif uffiċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa tal-Istati Uniti qed jinvestigaw dan il-każ.

    Elijah kien għadu kemm beda jattendi din l-iskola, u jidher li l-qraba tiegħu kienu informaw lill-impjegati f’din l-iskola li t-tifel kellu allerġija severa għal affarijiet tal-ħalib. Minkejja dan wieħed mill-qraba f’kumment fuq l-Internet qal li t-tifel xorta waħda ngħata sandwich li kellha l-ġobon, u dan minkejja li kemm-il darba kienu ġibdu l-attenzjoni tal-impjegati biex jaċċertaw li ma jsirx inċident ta’ din ix-xorta.

    Il-qraba tat-tifel fetħu paġna li permezz tagħha qed jappellaw li tingħatalhom għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jorganizzaw funeral għat-tifel.

    L-awtoritajiet Amerikani qed jisħqu li se jkunu qed jinvestigaw dan il-każ b’mod aggressiv.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0