“Hannibal Lecter” Russu li ċarrat widnejn u mnieħer mara wara ikla romatika jinħataf minn ġurnalisti għal ‘chat show’

  • Nov 10, 2017 14:56
  • Miktub minn iNews

    RITRATTI GRAFIĊI…

    Raġel Russu li ġie mlaqqam bħala “Hannibal Lecter” u li tpoġġa taħt arrest domiċiljarji talli gideb u qaċċat widnejn, imnieħer, u s-swaba’ ta’ mara rnexxielu jaħrab. Iżda f’dawk li qed ikunu deskritti bħala ċirkostanzi mill-aktar strambi, ir-raġel li qaċċat anke biċċiet tal-laħam minn dahar il-mara, jidher li nħataf minn grupp ta’ ġurnalisti li jidher li għandhom biex jintervjenti waqt ‘chat show’.

    Anatoliy Ezhkov ta’ 45 sena kien arrestat aktar kmieni din il-ġimġħa wara li stieden lill-infermiera Irina Gonchar ta’ 41 sena għal ikla romatika fl-appartament tiegħu fil-belt ta’ Kurgan. Iżda jidher li wara li l-mara kunsmat ammont ta’ alkoħol, huwa attakka lill-mara u wara li ntilfet minn sensiha kaġun tad-daqqiet vjolenti li qalgħet, rabatha u beda jċarrat biċċiet minn ġisimha bi snienu.

    Jidher li wara li attakka lill-mara b’dan l-aktar mod selvaġġ, ir-raġel anke pprova jifgaha iżda ma setax kaġun tal-kwantità ta’ demm li kellu ma jdejh. Eventwalment il-mara ġiet salvata wara li kienet ilha tiġi ttorturata għal erba’ sigħat sħaħ wara li l-ġirien semgħuha tgħajjat u ċemplu lill-pulizija.

    Hija ttieħdet l-isptar għall-kura fejn instab li kienet qed issofri minn concussion, ksur fil-kustilji, u diversi feriti serji oħrajn.

    Ezhkov kien arrestat iżda nħeles fuq bail u tpoġġa taħt arrest domiċiljarji wara li ffirma ftehim li fih ikkommetta lilu nnifsu li ma joħroġx mir-residenza tiegħu.

    il-midja Russa issa qed tirrapporta li r-raġel għeb mir-residenza tiegħu u jista’ jagħti l-każ li nħataf minn grupp ta’ ġurnalisti u ttieħed Moska biex jipparteċipa fi programm televiżiv flimkien mal-qraba tal-vittma.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0