"Ordnawli biex inweġġa' lil xi ħadd"... Vettura tinstaq għal fuq grupp ta' studenti fi Franza

  • Nov 11, 2017 08:20
  • Miktub minn iNews

    Vettura li nstaqet għal fuq grupp ta’ studenti ħalliet tlieta minnhom feruti viċin ta’ Toulouse fi Franza.

    Wieħed minn dawk midrubin jidher li ġarrab ġrieħi serji u skont ma qiegħed ikun irrapurtat it-tlieta li huma huma Ċiniżi.Skont ma’ kien irrapurtat fil-midja Franċiża jidher li l-inċident kien intenzjonat u li s-sewwieq ta’ 28 sena kien arrestat xi minuti wara.

    Il-pulizija qalet li l-persuna arrestata kellha kundanni preċedenti assoċjati ma’ drogi. Intqal ukoll li fil-passat huwa kellu wkoll problemi mentali, b’waħda mill-ġurnali tikkwotah li hu qal li sema vuċijiet jgħidulu biex iweġġa’ lil xi ħadd.

    F’dan l-istadju ma kienx ikkonfermat li dan seta’ kien attakk terroristiku.

    Is-Sindku ta’ Toulouse Jean-Luc Moundenc kiteb fuq Twitter li r-raħal jinsab ixxukjat b’dak li ġara u ggarantixxa li huma se jkunu qegħdin joffru s-sapport kollu meħtieġ lill-istudenti nvoluti u lil dawk qrib tagħhom.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0