“Meta miet il-qattiel irrabjajt aktar… għomri mingħajr it-tifla”

  • Nov 11, 2017 09:00
  • Miktub minn iNews

    “Meta miet il-qattiel irrabjajt aktar… għomri mingħajr it-tifla”

    Mhux faċli l-ħajja fil-jiem ta’ li jsegwu wara li joqtlulek lil bintek.  Tħoss vojt kbir. Ikollok rabja. Kultant vendetta, imma tkun taf li ma tista’ tagħmel xejn. Kienet f’sitwazzjoni simili Treasa Steinhard, omm Keyra Steinhardt, it-tifla li kienet inqatlet minn John Fraser. John Fraser li l-ġimgħa li għaddiet xandar l-istorja kien qatel diversi nisa. Treasa għaddiet l-għaxar snin ta’ wara l-qtil jiġifieri bejn l-1999 u l-2009 imsakkra ġo kamra fid-dar. Għamlet rutina dejjem l-istess.  Prattikament kient tgħaddi ġurnata billi taljena lilha nfisha bil-logħob tal-kompjuter.   Wara l-qtil iż-żwieġ tagħha sfaxxa. Ippruvat għal xi żmien issiefer, imma xejn ma ħadem. Kull filgħodu kienet dejjem tiftakar f’dak li kien seħħ. Qabditha dipressjoni kbira tant li xi drabi ma kinitx tkun tiflaħ tqum mis-sodda. Meta tiftakar, kif bintha nstabet bla ħwejjeġ minkejja li kienet għadha tifla tal-iskola u b’għonqha mħanxar,  huma xeni li ma tneħħihomx minn moħħha.

    Illum li għaddew kważi għoxrin sena minn dak il-qtil tħossha ħafna aħjar imma l-weġgħat għadhom hemm. Kien hemm min ħaseb li forsi l-mewt ta’ Fraser fil-ħabs kien se jgħinha biex tirkupra.  Imma Treasa tgħid li “ma kontx kuntenta li miet. Ngħidlek li rrabjatni aktar.  Hu għamel biss tmien snin il-ħabs.  Imma jein se jkolli nagħmel ħajti kollha mingħajr binti”, kienet iddikjarat ma’ ġurnalisti Awstraljani.

    Għal xi żmien hi ppruvat taħdem f’Rockampton u dan għax kellha bżonn il-flus u biex terġa’ tieħu kontroll ta’ ħajjitha.  Dan iżda ma rnexxiex.

    Bl-għan li toħroġ mid-dipressjoni li kienet waqgħet fiha, Treasa ħalliet lil binha ma’ missieru qabdet il-karozza u bdiet issuq. Ma kinitx taf fejn sejra. Spiċċat f’Melbourne. Hemm sabet impjieg.

    “Kont nemmen li jekk naħdem tgħinni noħroġ mid-dipressjoni li kont waqajt fiha. Meta kont nispiċċa xogħol, kont inmur u noqgħod nilgħab il-logħob tal-kompjuter. Meta ma kontx inkun qed nilgħab kont issibni nibki” tgħid Treasa.

    Kollox inqaleb meta marret il-Kanada

    Din is-sitwazzjoni inqalbet meta hi marret tgħix il-Kanada għal sena.  Hemmhekk ġietha opportunità li tkun nanny għal ma familja ta’ żewġt itfal. Hi ddeċidiet li tieħu dan ix-xogħol. Waħda mit-tfal kellha sitt snin u kienet bl-awtiżmu.  Il-fatt li bdiet tieħu ħsiebha xprunat mill-ġdid l-istint tal-maternità fiha.  Kienet xi ħaġa tal-għaġeb. Bdejt nieħu ħsiebha qisha binti. Din għenitni noħroġ mid-dipressjoni u dlam li kont fih. Mhux hekk biss imma fil-Kanada hi bdiet tibni relazzjoni ġdida ma’ raġel, li spiss jieħu lilha u lit-tifla li qed tieħu ħsieb jikkampjaw u ħruġ ieħor. 

    “Tgħallimt flok nibki l-mewt tagħha niċċelebra ħajjitha. Meta tagħlaq snin Keyra nmorru nikkampjaw u nagħmlu ġurnata barra. Xi drabi jkollok aptit tibki veru, imma tgħid it-tifla trid nibki?”.

    Il-qtil ta’ Fraser u r-rakkonti

    Fraser kien iddikjara li hu kien qatel lil Syliva Benedetti. Kien enfasizza li “ħallejtha tiżvina bħal annimal’. Dan sar f’lukanda u hu kien poġġa idejh fuq għadira demm u wara stampa l-pala ta’ idum mal-ħajt. 

    Fraser kien qal ukoll li kien iltaqa’ ma’ Julie Tuner fi stabbiliment ta ħwienet u kien offrielha li jtiha rikba sad-dar.  Hu qal li din tatu daqqa meta poġġa idu fuq il-basket li kellha. 

    F’konversazzjoni irrekordjata, ta’ meta Fraser ħa lill-investigaturi fuq il-post biex isibu l-ġisem ta’ Leggo, li kien difnu f’Nankin Creek madwar 20 kilometru bogħod minn Rockhampton. Fraser iżda f’daqqa waħda jibda jgħidilhom li moħħu tħawwad u li għalih ma kienx importanti li jurihom fejn għax xorta kien se jispiċċa l-ħabs għal għomru.

    F’konversazzoni oħra iffilmjata kienet turi lil Fraser meta dan urihom fejn kien hemm il-katavru ta’ Julie Turner, li hu kien difinha f’Yeppoon Refuse Dump. 

    Fil-Qorti wieħed mix-xhieda li kien sid ta’ ħanut faċċata ta’ Queensland Hotel, fejn Fraser qatel lil Benedetti, kien qal li hu qal lil Fraser li l-lukanda kienet se titwaqqa’. Sid il-ħanut qal li Fraser beda jirrabbja, sar aħmar nar u qallu li “ma jistgħux jagħmlu hekk’.  Jumejn wara, instabet il-kamra li fiha kienet inqatlet Benedetti.

    Natasha Ryan tirritorna

    Fl-10 ta’ April tas-sena 2003, il-ġuri ħa żvolta sensazzjoni u dan meta waħda mill-allegati vittmi tiegħu Natasha Ryan ta’ 18-il sena, instabet mill-Pulizija. Hi kienet qed tistabha f’cupboard fir-residenza tas-sieħeb tagħha. Din kienet madwar kilometru bogħod minn Rockhampton.  Il-Pulizija qalu li huma aġixxew fuq informazzjoni li waslitilhom.

    Il-każ kompla jikkomplika ruħu meta Natasha Ryan bdiet titlob xejn inqas minn $250,000 għal istorja tagħha. Missierha li kien separat minn ommha kien qal li hu dejjem ħaseb li kienet mejta u ddikjara li meta raha mill-ġdid ħaseb li kien qed jara xi fatat.

    Fraser kien inħeles mill-akkużi li qatel lil Natasha Ryan. Għalkemm l-avukat tiegħu kienu talbu li l-ġuri jiġi xolt, l-Imħallef kien iddeċieda li għandu jkomplu fuq l-akkużi l-oħra li kien hemm.  Xehed sieħbu fiċ-ċella, Allan Quinn fejn dan sostna li Fraser kien spiss jgħidilhom li “qed jippruvaw jaqbduni fuq dawn il-qtil….imma mhux se jirnexxielhom’.

    Quinn sostna li Fraser kien qallu li qatel lil Naasha Ryan u qallu li lil din qatilha b’sikkina li ma tistax tinstab.  Skont hu Ryan kienet talbet rikba minn ħdejn il-baħar u hi raqditlu fil-karozza.  Jgħid li Fraser kien qallu li difen il-katavru tagħha taħt siġar.

    Irriżulta iżda li dan ma kienx minnu, l-istess kif kienet gidba li Fraser kien qatel backpacker mara u tefa’ l-katavri tagħha f’għadira li fiha kien hemm ħafna kukkudrilli fil-wild life park f’Rockhampton.

    Quinn u Fraser kienu ġew irrekordjati jitkellmu dwar il-qtil ta’ Beverly Leggo. “Tajtha daqqa ta’ ponn fuq snienha.  Ġbit il-ħabel lijien nuża biex nagħmel bandla. Poġġejtu ma’ għonqha għal darbejn u ġbidtu.”

    Jibda jidħak u mbagħad ikompli li “trid taraha tagħti kif tlaqt il-ħabel. Smajt għonqha jinkiser  u mbagħad waqfet tagħti. Ma tantx ħaditli ħin biex noqtolha għax kien pjuttost irqiqa.”  Wara hu difinha.

    Hemm ukoll rikordjat dak li qal fuq Leggo Benedetti. “Ħadtha f’lukanda abbanduanta. Il-kamra kienet dik 13. Għedtilha li kelli id-drogi maħżunin hemm.  Ippruvajt inbusha. Hi ma ħaditx gost. Tajtha daqqa ta’ ponn u hi werżqet u intilfet. Inżilt isfel  biex nara jekk semagħhiex xi ħadd.  Tlajt fuq u insibha hemm skantata tħares lejja. Meta persuna tkun mitlufa hekk tagħmel. Intbaħt li se niġi fl-inkwiet.”

    Minn naħa tagħha Natasha Ryan, kienet biegħet l-istorja tagħha lil 60Minutes and Womens Day Magażine.  Natahsa tgħid li hi qatt ma kienet ratu lil Fraser. Issostni li ommha kienet wasslitha l-iskola u dakinhar kellha xi tgħid mal-għalliema u ddeċidiet li titlaq għand is-sieħeb tagħha.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0