Infermier suspettat li qatel tal-inqas 100 pazjent biex jimpressjona lil sħabu

  • Nov 11, 2017 16:29
  • Miktub minn iNews

    Eżamijiet tossikoloġiċi jindikaw li eks infermier Ġermaniż qatel tal-inqas 100 pazjent f’żewġ sptarijiet differenti fejn kien jaħdem. Uffiċjali prosekuturi huma tal-fehma li Niels Hoegel, li diġà qiegħed iservi sentenza ta’ għomor il-ħabs għal żewġ delitti, sistematikament kien jamministra dożi fatali ta’ medikazzjoni tal-qalb lil pazjenti fil-kura tiegħu. Huwa kien ried jimpressjona lill-kollegi tiegħu billi jirxoxta (amministrazzjoni ta’ CPR) l-pazjenti, iżda bosta minnhom mietu.

    Hu mistenni li s-sena d-dieħla se jkunu qegħdin jinġiebu aktar akkużi kontrih. Hoegel jingħad li bejn l-1999 u l-2005 qatel 38 pazjent

    f’Oldenburg u 62 oħra f’Delmenhorst, fit-Tramuntana talpajjiż. Investigaturi jgħidu li l-eks infermier għandu mnejn li qatel aktar pazjenti, iżda potenzjalment dawn il-vittmi kienu ġew kremati. Jekk jinstab ħati tad-delitti kollha huwa jkun wieħed mill-agħar serial killers fil-Ġermanja mill-Gwerra ’l hawn. L-investigazzjonijiet dwar Hoegel twessgħu wara li fil-ġuri tiegħu fl-2015 huwa kien ammetta li qatel sa 30 pazjent u kien instab ħati ta’ qtil ta’ tnejn, attentat ta’ qtil ta’ żewġ persuni oħra u li għamel ħsara fiżika lil pazjenti oħra. Investigaturi forensiċi eżumew 130 kadavru biex isirulhom eżamijiet għal xi traċċi ta’ mediċini li setgħu waqqfulhom is-sistema kardiovaskulari tagħhom u konsegwentement mietu.

    Skond rapport fil-magażin “Der Spiegel” rekords fil-klinika Oldenburg juru li r-rati tal-imwiet u l-attentati tal-irxoxtar (CPR) żdiedu meta Hoegel kien ikun xogħol. Madankollu huwa kien jitqies bħala effiċjenti f’xogħlu u sussegwentement mar jaħdem fi sptar f’Delmenhorst fejn għadd mhux tas-soltu kienu jmutu meta kien ikun xogħol.

    Huwa nqabad meta nfermiera nnotat li pazjent li qabel kien f’qagħda stabbli, f’daqqa waħda qaleb għallagħar meta żviluppa taħbit irregolari tal qalb u nstabu kontenituri vojta ta’ mediċini f’landa tal-iskart.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0