Akkużat li stupra lil bint is-sieħba tiegħu... jirriskja l-piena tal-mewt

  • Nov 11, 2017 18:45
  • Miktub minn iNews

    Raġel ta' 37 sena minn Ohio, fl-Istati Uniti ġie akkużat li stupra u qatel it-tarbija ċkejkna tas-sieħba tiegħu u jista’ jkun li jingħata l-piena tal-mewt f’każ li jinsab ħati.

    Wieħed mill-Prosekuturi ta’ Ashtabula qal li fl-aħħar jiem huwa ġie akkużat b’diversi reati fosthom bi qtil ta’ persuni, stupru u vjolenza domestika.

    Skont ma kien irrapurtat jidher li ċ-ċkejkna li kellha biss 13-il xahar għaddiet minn trawma u mietet ftit ħin wara li nstabet mitlufa minn sensiha f’Conneaut.

    Joshua Gurto kien qiegħed joħroġ ma’ omm iċ-ċkejkna Sereniti, meta bintha mietet. Kelsie, omm iċ-ċkejkna ma kinitx akkużata b’relazzjoni mal-qtil ta bintha.

    Gurto għamel ġimgħat sħaħ jistaħba fil-boskijiet, iżda l-pulizija rnexxiela tidentifikah waqt li talab rikba ma’ persuna oħra. Huwa ddeċieda li jikxef l-identità tiegħu wara li l-pulizija ppuntalu l-arma ma’ rasu u ordnalu biex jidentifika ruħu.

    Is-sentenza tal-akkużat mistennija tingħata fil-jiem li ġejjin.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0