Jinqabad kelb il-baħar “preistoriku” fil-Portugall waqt proġett tal-Unjoni Ewropea intenzjonat biex jimminimizza l-impatt tas-sajd kummerċjali

  • Nov 12, 2017 10:07
  • Miktub minn iNews

    Xjentisti Portugiżi qabdu dak li huma jaħsbu li huwa kelb il-baħar li jmur lura għal żmien id-dinosawri. Huma qabdu dan l-eżemplari ta’ kelb il-baħar preistoriku ‘l barra mill-kosta ta’ Algarve.

    Il-kelb il-baħar (magħruf bħala ‘frilled shark’) inqabad minn dgħajsa tas-sajd li b’koinċidenza kienet qed taħdem fuq proġett tal-Unjoni Ewropea li għandu l-għan li jimminimizza l-qbid ta’ ħut mhux rikjest f’sajd kummerċjali.

    Fi stqarrija ppubblikata minn Alliance of the Mediterrenean, xjentisti sejħu lill-kelb il-baħar bħala “fossila ħajja”, hekk kif fil-passat saħansitra nstabu fdalijiet ta’ dan il-kelb il-baħar li jmorru lura għal 80 miljun sena.

    Il-qbid ta’ dan il-kelb il-baħar – li huwa twil madwar 1.5 metri, ta’ sess maskili, u li nqabad f’fond ta’ 700 metru – huwa meqjus bħala estremanent rari. Tant li ftit li xejn huwa magħruf dwaru f’termini tal-bijoloġija tiegħu u l-ambjent fejn tipikament jgħix.

    Jingħad li l-forma ta’ serp ta’ dan il-kelb il-baħar kienet l-ispirazzjoni wara bosta stejjer ta’ baħrin. Il-Professur Margarida Castro mill-Università ta’ Algarve qalet li isem dan il-kelb il-baħar ġej mill-kompożizzjoni ta’ madwar 300 sinna li jippermettulu biex jaqbad diversi ħut u anke klamari f’attakki mhux mistennijin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0