Joqtol lil martu u liż-żewġ uliedu għax fallielu n-negozju

  • Nov 12, 2017 10:43
  • Miktub minn iNews

    Fi storja li xxukkjat lill-istat Amerikan ta’ Arizona, raġel spara u qatel lil martu u liż-żewġ uliedu qabel qatel lilu nnifsu f’każ ta’ omiċidju-suwiċidju. L-inċident orribbli żvolġa nhar il-Ġimgħa li għadda.

    Jason Fairbanks ta’ 39 sena, spara u qatel lil aru Annie ta’ 39 sena u liż-żewġ uliedu bniet ta’ tliet snin u disa’ xhur rispettivament, qabel ma eventwalment ħa wkoll ħajtu b’idejh. Il-pulizija sabet xena mill-aktar makabra meta rrispondew għal telefonata biex imorru fir-residenza tal-familja Fairbanks. Kien kollega ta’ Jason li ġieh suspett li seta’ ġara xi ħaġa wara li ma marx ix-xogħol u ma bediex jirritorna t-telefonati.

    Qed ikun rapportat li l-familja kienet qed tesperjenza problemi finanzjarji, bil-pulizija jgħidu li dan possibbilment kien il-mottiv wara l-azzjonijiet tar-raġel. Jidher li negozju li kien immexxi mir-raġel falla u dan seta' wassal lir-raġel għall-azzjonijiet mill-aktar drastiċi. Qraba tar-raġel saħqu li kienu jafu li l-koppja kienet qed tesperjenza diffikultajiet finanzjarji madankollu qatt ma fitte għajnuna.

    Il-koppja kienet ilha miżżewġa għal sena u nofs biss.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0