“Kif rajt il-boċċa xxukkjajt ruħi … għidt għandha kankru”

  • Nov 12, 2017 16:00
  • Miktub minn iNews

    “Fl-aħħar se jkollna wieħed kull wieħed, tifel u tifla”. Dan kien il-kliem li lissen is-sieħeb ta’ Paige Franks, meta wara ftit ġimgħat ta’ tqala saru jafu minn testijiet li għamlu li t-tarbija kienet tifla. Il-preparamenti ma naqsux, għalkemm Paige kienet impenjata ħafna biċ-ċkejken Harvey. Minkejja kollox bdiet tipprepara u tixtri l-ħwejjeġ. 

    Kellha seba’ mitt sena sakemm tasal dik il-ġurnata li tara lil bintha. Imma kif jgħidu, ix-xitan m’għandux ħalib u jagħmel il-ġbejniet. Mhux kollox mexa sew, għax inqala’ intopp mhux żgħir, u dan kompla wara t-twelid meta kif ħarset lejn bintha li kienet għadha kif twieldet rat boċċa kbira f’għonq it-tarbija. Boċċa ta’ kulur vjola. Xena li ħalliet lil kulħadd iħares ċass lejha. 

    Imma x’kienet eżatt din? Tieħdux qatgħa, imma din hi kundizzjoni li tista’ taffettwa trabi tat-twelid.  “Kif rajt il-boċċa ixxukkjajt ruħi….għidt għandha kankru”.

    It-tifel jieħu virus…..u jaffettwa t-tqala

    Meta kellha 32 ġimgħa, Harvey ħa virus.  Mingħandu l-virus għadda għand l-omm. Ġiet affettwata ħażin ħafna tant li għamlet jumejn ma żżommx l-ikel. Ma kellhiex triq oħra u wara jumejn iddeċediet li tmur għand it-tabib tal-familja. Induna li kienet dehydrated, jiġifieri b’nuqqas kbir ta’ ilma u taha l-parir li aħjar tmur l-isptar. 

    Immedjatament kienet fl-eqreb sptar fejn minħabba t-tqala saru testijiet  biex jaraw it-tħabbit tal-qalb tat-tarbija. Irriżulta li r-rata ta’ tħabbit ta’ qalbha kienet naqset drastikament.  It-tobba mill-ewwel ħadu id-deċiżjoni li jtuha erba’ boroż ta’ IV Fluids u dan biex il-ġisem tagħha jirkupra l-ilma.  Il-proċess irnexxa u saħħitha ħaditha lura.

    It-tarbija kompliet sejra lura

    Imma waqt li solvew il-problema ta’ saħħet l-omm, fil-każ tat-tarbija il-problemi żdiedu. It-tobba bdew jitħassbu fuq il-mod kif kienet qed tikber it-tarbija. Huma kienu qed jaraw li t-tarbija ma knitx qed tikber kif suppost. Komplew bit-testijiet u sabu li din ma kinitx qed tikber kif suppost minħabba nuqqas ta’ demm li beda jgħaddi.  It-tobba issuġġerew testijiet kontinwi. 

    Wara 35 ġimgħa ta’ tqala it-tħassib tat-tobba kiber u mhux naqas.  Iddeċidew li kellu jsir it-twelid biex il-problemi ma jikkumplikawx.  Paige talbet li ommha Kate ta’ 42 sena tkun il-ħin kollu magħha. Ommha imħassba daqsha kienet tgħidilha li “kollox se jkun sew”.

    F’din is-sitwazzjoni, iċ-ċkejken Harvey intbagħat għand nanntu Margaret ta’ 75 sena u dan biex il-membri l-oħra tal-familja jkunu l-ħin kollu qrib tagħha.

    Isir it-twelid u tieħu qatgħa kbira

    Welldet filgħodu kmieni. It-tifla kienu diġà tawha l-isem minn ħafna jiem qabel. Kienu se jsejħulha Mila.  Kienet tiżen erba’ libbri. Kienet ferħa kbira għal Paige tisma’ l-ewwel bikja tat-tarbija. Ituhielha f’idha u jkun hawn li tieħu l-qatgħa. Kif ħarset lejn għonqha fuq in-naħa ta’ wara rat boċċa kbira. Boċċa li kienet kbira wisq ħdejn il-ġisem tat-tarbija.

    “Din x’inhi?”.  “Dak kankru”.   Il-qraba wkoll dehru mħassbin. Il-qabla assiguratha li Mila kienet b’saħħitha imma qaltilha li se ssejjaħ lit-tabib biex jaraw dik il-boċċa x’inhi.

    Dakinhar stess għamlulha ultrasound.  Stabbilixxew li dik il-boċċa kienet ‘Haemangioma”.  Infurmawha u serrħulha rasha li ma kinitx kankru.  Tawha xi mediċini li l-għan tagħhom kien li tikkalma l-proċess tat-tkabbir ta’ dik il-boċċa, sakemm tiġi fix-xejn.

    Intbagħtet lejn id-dar. Imma s-suspetti u tħassib hemm baqgħu. Meta hi u s-sieħeb tagħha kienu jmissu dik il-boċċa, Mila ma kinitx tibki. Għalihom dan kien sinjal li ma kinitx qed tweġġa’.  Imma f’moħħ Paige t-tħassib u l-mistoqsijiet ma telqux. “Dik il-boċċa hi perikoluża?  Kemm se ddum hemm?  Se taffettwalha ħajjitha”.

    Intilfet tfittex onlajn

    Fil-kwiet ta’ darha meta s-sieħeb kien ikun għax-xogħol hi bdiet tfittex onlajn fuq din il-kundizzjoni. Bdiet tara ħafna immaġini ta’ din il-kundizzjoni.  Sabet li hemm diversi tipi ta’ boċċi: dawk li jkunu ħomor u dawk vjola. Kien hawn li skopriet li l-mediċina li ngħatat lilha normalment kienet tingħata għal boċċi li jkunu ħomor u mhux dawk li jkunu vjola.  Sabet sit ta’ informazzjoni dwar dik li tissejjaħ ‘congenital haemangioma (RICH). Hawnhekk deher ċar li dak li kellha Mila kien simili tar-ritratti li kien hemm f’dan is-sit. 

    Kitibilhom u mmedjatament wara irċeviet risposta mingħand professur Amerikan. Talabha l-isem tal-mediċini li qed tagħti lit-tarbija u meta għamlet dan qalilhom mill-ewwel li “dawk il-mediċini mhux se jaħdmu fuqha”.

    Tmur għand it-tabib tagħha u wara l-isptar

    Marret bl-informazzjoni kollha għand it-tabib tagħha u dan irreferiha għal Great Ormond Street Hospital. Sptar magħruf għall-kura ta’ tfal b’mard bħal kanċer.  Id-dermatologu li nvista lit-tarbija għamel it-testijiet tad-demm. Qalilha li “se nżommu għajnejna fuq it-tifla. Hemm bżonn li nibqgħu nsegwu biex naraw jekk din il-boċċa hiex se tibqa’ tikber”.

    Għaddew tmin ġimgħat u reġgħet marret lejn l-isptar. Informathom li milli rat hi l-boċċa ma komplietx tikber.  Filfatt hekk kien.  Tawha xi mediċina ġdida u kellhom jistennew ħames xhur ħalli jaraw taħdimx.

    Meta rritornat lejn l-isptar, kien evidenti li l-boċċa ċkienet. Kejluha u sabu li din il-boċċa kienet ċkienet b’5 ċentimetri.   It-tobba kienu kuntenti ferm u kunfidenti li dik il-boċċa se tgħib fi żmien qasir. 

    Paige tgħid li “l-ewwel xhur ta’ Mila kienu  kkaratterizzati mit-tħassib ta’ din il-kundizzjoni. Illum imma ħajjitha hi karatterizzata mill-imħabba. Allavolja jien u s-sieħeb m’għadniex flimkien imma hu xorta għadu jieħu interess f’uliedu.

    Bl-istorja ta’ Paige, il-messaġġ hu ċar.  Dak li għaddiet minnu hi jista’ jiġri lil diversi ommijiet oħra. Ma tridx taqta’ qalbek. Trid tibqa’ tieħu interess.  Finalment il-ħajja tirritorna għan-normal.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0