Suspettat insolitu fl-investigazzjoni dwar l-attentat ta' qtil ta' anzjana Ġappuniża ta' 82 sena … Jaf l-aggressur kienet qattusa!

  • Nov 12, 2017 17:25
  • Miktub minn iNews

    Investigazzjoni mill-Pulizija Ġappuniża fl-attentat ta’ qtil ta’ anzjana ta’ 82 sena qajmu wasslet għal suspettat xi ftit jew wisq insolitu … qattus tat-triq.

    Bint Mayuko Matsumoto sabet lil ommha mimlija dmija b’madwar 20 qatgħa f’wiċċha nhar it-Tnejn li għadda. L-anzjana, li hija marida serjament, hija konfinata fis-sodda. Il-pulizija mill-ewwel niedew investigazzjoni wara li raw il-ġrieħi li ġarrbet l-anzjana, b’uħud mill-qatgħat ikunu relattivament fondi.

    “Meta sibtha, wiċċha kien aħmar bid-demm. Kien litteralment imxarrab bid-demm. Ma kontx naf x’seta’ ġara,” qalet bint l-anzjana lill-aġenzija tal-aħarbarijiet RKK. L-anzjana, li ma tistax titkellem, kellha tittieħed l-isptar b’emerġenza biex tirċievi kura għall-ġrieħi li sofriet.

    L-investigaturi ma sabu l-ebda indikazzjoni li fid-dar tal-anzjana kienu daħlu xi nies fil-ħin li fih seħħ l-attakk. Jidher li kien dan li wassal biex jeżaminaw bir-reqqa l-ġrieħi f’wiċċ il-mara u minn hemm irrealizzaw li l-ġrieħi kienu jixbħu ferm lil grif tal-qtates.

    Kien għaldaqstant li l-pulizija dawru l-attenzjoni tagħhom fuq in-numru ta’ qtates li jgħixu fl-inħawi tad-dar tal-anzjana, u eventwalment sabu traċċi ta’ demm fuq waħda minnhom.

    L-istazzjon nazzjonali NHK irrapportat li l-pulizija issa qed janalizzaw kampjuni ta’ demm li ġew elevati minn mad-dwiefer ta’ waħda mill-qtates li setgħet girfet lill-mara.

    Kelliema għall-Pulizija, għalkemm ma kkummentawx fuq il-każ, ma ċaħdux li r-rapporti li qed jidhru fil-midja jistgħu jkunu minnhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0