Aġġornat: Il-miraklu tal-omm u binha li nħelsu mill-mewt... It-terremot li ħalla l-aktar vittmi din is-sena

  • Nov 13, 2017 08:45
  • Miktub minn iNews

    Għadd ta membri tas-salvataġġ jinsabu għaddejjin bi tfittxija qalb it-tifrik kkawżat mit-terremot li hu stmat li ħalla 400 persuna mejta u madwar 7,000 oħra midrubin.

    Dawn il-membri jinsabu għaddejjin bi tfittxija bit-tama li jsalvaw ħajjiet ta’ dawk li nqabdu qalb it-tifrik ta’ dak li qiegħed ikun meqjus bħala l-aktar wieħed li ħalla vittmi din is-sena.

    Is-sitwazzjoni saret waħda ferm aktar diffiċli hekk kif l-isptar prinċipali sofra ħsarat estensivi u b’hekk kompliet tikber l-isfida ta’ dawk li pruvaw ifejqu l-mijjiet midrubin.

    Fost għadd ta’ rapporti spikka dak li kien jiddeskrivi l-miraklu tal-mara li rnexxiela tiġi salvata u maħruġa flimkien ma’ binha minn qalb it-tifrik. 

    Intant rapporti oħra ddeskrivew l-katastrofi li ħoloq dan it-terremot b’ħafna miċ-ċittadini jispiċċaw iqattgħu sigħat twal fil-kesħa bla ma jafu x’ser jiġri minnhom.

     

    Terremot li mmarka qawwa ta’ 7.3 fuq l-Iskala Richter irnexxielu jriegħed il-fruntiera tat-tramuntana bejn ir-reġjuni tal-Iran u l-Iraq.

    Mill-anqas 207 persuni sfaw maqtula u madwar 2,500 oħra ġarrbu ġrieħi wara dak li qiegħed jitqies bħala wieħed mill-agħar terremoti f’din is-sena. L-aktar li sofrew kienu dawk fil-provinċja ta’ Kermanshah, bil-midja tal-istat tirraporta l-akbar numru ta’ fatalitajiet.

    Mill-anqas sitta oħra kienu rrapurtati li nqatlu fl-Iraq, b’bosta jħallu darhom u jaħarbu lejn il-kapitali ta’ Baghdad. Apparat relatat ma’ trażmissjoni qawwija ntuża sabiex ixandar talb mill-Moskej tal-belt lejn iż-żoni tal-madwar.

    Omm ta’ tlett itfal minn Baghdad spjegat dwar il-ħasda li ħadu hi u l-familja tagħha hekk kif huma u jieklu ħassew darhom tiżfen fl-arja. Spjegat kif għall-ewwel ħasbu li kienet xi bomba qawwija, iżda wara ftit istanti nstema’ għajjat ta’ persuni li bdew iwissu dwar it-terremot.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0