Aġġornata: Tibdel il-verżjoni għax kienet imbeżżgħa

  • Nov 13, 2017 14:07
  • Miktub minn iNews

    Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit beda jinstema’ l-każ ta’ Roddy Williams li qed jiġi akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ martu, Natalie Williams meta allegatament qafilha għal tlett ijiem f’kamra fil-blat fil-Kalkara.

    Espert nominat mill-qorti qal li meta Natalie Williams ġiet mitkellma l-mara tat żewġ verżjonijiet. Fl-ewwel waħda qalet li r-raġel mar għaliha u ordnalha biex titla fil-karozza u allegat li beda jgħidilha jekk ma tagħmilx hekk kien se joqtol lil missiera u lit-tifel, filwaqt li fit-tieni okkażjoni hija biddlet il-verżjoni tagħha u qalet li kienet marret il-Kalkara minn jeddha wara li kienet ċemplitlu hi stess jiltaqaw u ċaħdet dak li kienet qalet fl-ewwel verżjoni.

    L-Avukat Franco Debono li qed jidher għall-akkużat sostna li jidher ċar li l-vittma gidbet taħt ġurament fl-ewwel verżjoni tagħha, għaliex il-verżjoni nbidlet kompletament mill-ewwel ghat-tieni.

    Il-mara madankollu kienet sostniet li ser tibdel xi partijiet mill-verżjonijiet tagħha għax kienet qed tibża mir-raġel, tant li l-emozzjonijiet tagħha kienu jikxfu dak li kienet qiegħda tħoss.

    Fix-xhieda tagħha quddiem l-espert tal-Qorti, Natalie Williams ċaħdet l-allegazzjoni li l-eks raġel tagħha niżilha fl-ilma qabel ma’ allegatament ħadha fil-kamra li tagħmel parti minn fortifikazzjonijiet antiki fil-Kalkara. 

    Bejn l-ewwel u t-tieni verżjoni hija sostniet li bidlithom għaliex kienet tibża minn Roddy Williams u għal fatt ukoll li qatt ma kellha problemi mal-Pulizija.

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetturi Josric Mifsud u Paula Ciantar. L-Avukati Franco Debono, Angie Muscat, Marion Camilleri u Yanika Vidal qed jidhru għall-imputat mentri l-Avukati Ludwig Caruana u Janice Borg qed jidhru bħala parte civile f’isem il-vittma.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0