Żjara uffiċjali tal-Ispeaker Anġlu Farrugia fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika

  • Nov 13, 2017 14:41
  • Miktub minn iNews

    L-Ispeaker Anġlu Farrugia, akkumpanjat mill-Iskrivan tal-Kamra Ray Scicluna, għamel żjara uffiċjali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO). Id-delegazzjoni ġiet milqugħa mill-Awditur Ġenerali Charles Deguara u mid-Deputat Awditur Ġenerali Noel Camilleri. 

    F’laqgħa mal-ogħla uffiċjali tal-NAO, l-Ispeaker qal illi l-element ta’ trasparenza u kontabilità huma l-valuri li dejjem emmen fihom, u sostna li dawn huma l-pedament ta’ dik li dejjem nitkellmu dwarha, id-demokrazija. B’rabta ma’ dan, l-Ispeaker Anġlu Farrugia tenna li l-impjegati għandhom jibqgħu jagħmlu xogħolhom bla biża’, għaliex filwaqt li politiku jiġi elett, dan jista’ ma jiġix elett darb’oħra, iżda x-xogħol ta’ kull wieħed u waħda mill-ħaddiema tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali qiegħed hemm biex jibqa’.

     Din iż-żjara kienet waħda mill-attivitajiet organizzati mill-NAO matul din is-sena li fiha dan l-Uffiċċju Kostituzzjonali qed ifakkar l-għoxrin anniversarju minn meta l-Parlament, b’mod unanimu, approva l-emendi fil-Kostituzzjoni li permezz tagħhom twaqqaf l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.  Permezz ta’ dawn l-emendi importanti, kemm dak f’Artikolu 108 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta kif ukoll permezz tal-Att ta’ 1997 dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, dak li sa dakinhar kien dipartiment tal-Gvern fil-Ministeru tal-Finanzi, sar Uffiċċju totalment awtonomu u indipendenti.  Mingħajr dubju, tali awtonomija sħiħa hija rekwiżit assolutament neċessarju għal kull uffiċċju nazzjonali tal-verifika serju f’pajjiż modern u demokratiku. Inċidentalment, fost tibdil ieħor, kemm l-Awditur Ġenerali kif ukoll id-Deputat Awditur Ġenerali saru Uffiċjali tal-Parlament.

    L-Awditur Ġenerali, filwaqt li rringrazzja lill-Ispeaker, li dejjem offra l-koperazzjoni sħiħa tiegħu għal dan l-Uffiċċju, partikolarment f’mumenti diffiċli, stqarr li matul dawn id-disa’ snin li serva fl-NAO, b’sodisfazzjon sħiħ jista’ jikkonferma li kull amministrazzjoni li mexxiet il-pajjiż dejjem irrispettat bis-sħiħ l-awtonomija ta’ dan l-Uffiċċju.  Dan ifisser li l-impjegati kollha tal-NAO għandhom iħossuhom aktar responsabbli u viġilanti biex, fix-xogħol tagħhom ta’ skrutinju fuq id-dipartimenti u entitajiet oħra tal-Gvern,  jibqgħu dejjem jimxu mal-valuri fundamentali ta’ integrità, ġustizzja u professjonalità. F’dan il-kuntest, is-Sur Deguara radd ħajr lid-Deputat Awditur Ġenerali partikolarment għas-sostenn kontinwu u sens ta’ inizjattiva tiegħu, lill-management kif ukoll lill-impjegati kollha tal-Uffiċċju għall-impenn u dedikazzjoni sħiħa li dejjem urew fix-xogħol tagħhom,  li fl-aħħar mill-aħħar għandu l-iskop ewlieni li jwassal għal tisħiħ fil-governanza fis-servizz pubbliku, fl-aħjar interess taċ-ċittadin.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0