Ftehim ta’ għotjiet lill-għaqdiet volontarji Għawdxin

  • Nov 13, 2017 15:48
  • Miktub minn iNews

    Waqt ċerimonja tal-okkażjoni fil-Ministeru għal Għawdex, kienu ppreżentati l-grant agreements lil sittax-il għaqda volontarja f’Għawdex li applikaw b’suċċess għall-ewwel edizzjoni tal-Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme 2017.

    Din l-iskema tnediet fit-12 ta’ Lulju li għadda u l-għanijiet tagħha huma li ttejjeb it-tessut soċjali, kulturali, ekonomiku u ekoloġiku ta’ Għawdex, u li tippromwovi u tinkoraġġixxi kultura ta’ volontarjat u parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ volontarjat fi ħdan is-soċjetà Għawdxija. L-iskema saret ukoll biex tistimula l-koperazzjoni u networking bejn l-organizzazzjonjiet volontarji u biex trawwem il-kollaborazzjoni bejniethom u l-Ministeru għal Għawdex permezz ta’ proġetti kollaborattivi, inizjattivi u attivitajiet oħra. L-ammont massimu ta’ għajnuna finanzjarja li kull Organizzazzjoni Volontarji setgħet tirċievi kien ta’ massimu ta’ €5,000.

    Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana rringrazzjat lil dawk l-għaqdiet kollha, b’ kollox tmienja u tletin, li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom. Hija stqarret li tħossha sodisfatta li l-iskema attirat tant interess. Il-proċess tal-għażla sar b’ħidma konġunta mal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat u li minnha, sittax-il Organizzazzjoni Volontarja irnexxilhom jibbenefikaw mill-iskema. 

    Hija faħħret l-operat ta’ dawn l-għaqdiet għall-kontribut siewi li jagħtu lis-soċjetà Għawdxija b’mod ġenerali u saħqet kif il-Gvern għandu l-obbligu li jsostni u jassisti lis-settur tal-volontarjat. Għalhekk l-iskop wara din l-iskema kien biex tingħata għajnuna finanzjarja għal dawk il-proġetti li l-għaqdiet xtaqu jmexxu ’l quddiem. Din l-iskema tant kienet suċċess li l-Ministru Justyne Caruana ħabbret ukoll li diġà bdew it-tħejjijiet biex tibda skema oħra simili fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Ministru Caruana wiegħdet l-impenn massimu tal-Ministeru għal Għawdex biex jiġu sostnuti l-għaqdiet volontarji Għawdxin.

    “Il-ħidma tal-volontarjat tikkumplimenta dik li ssir f’livell uffiċjali u tesprimi l-parteċipazzjoni dedikata ta’ ċittadini attivi fil-komunità. L-appoġġ tal-Ministeru għandu jħajjar sehem akbar minn kulħadd b’risq l-Għawdxin f’diversi setturi,” temmet tgħid il-Ministru Justyne Caruana.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0