"Minn investiment kontinwu fiż-żgħażagħ Afrikani jgawdu kemm l-Afrika kif ukoll l-Ewropa"

  • Nov 13, 2017 16:23
  • Miktub minn iNews

    Malta hija favur li tissaħħaħ il-koperazzjoni fil-qasam tal-mobbiltà tal-istudenti fil-livelli kollha u li jiġu ffaċilitati l-iskambji ta’ aktar żgħażagħ u studenti bejn l-Ewropa u l-Afrika, qal il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela, waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea fi Brussell. Malta temmen li l-investiment fiż-żgħażagħ Afrikani jwassal għal benefiċċji konkreti għaż-żewġ kontinenti, kemm issa kif ukoll fil-ġejjieni.

    Fuq nett tal-aġenda tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin kien hemm diskussjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika, hekk kif qed toqrob il-Ħames Laqgħa Għolja bejn l-Unjoni Afrikana (UA) u l-UE, li se ssir fid-29 u t-30 ta’ Novembru f’Abidjan, il-Kosta tal-Avorju. Il-laqgħa għolja se tkun opportunità importanti biex jissaħħu r-rabtiet politiċi u ekonomiċi bejn iż-żewġ kontinenti. Il-mexxejja Afrikani u Ewropej se jiddiskutu dwar il-ġejjieni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika, u se jiffukaw fuq l-investiment fiż-żgħażagħ. Din hija prijorità ewlenija kemm għall-Afrika kif ukoll għall-UE, minħabba li 60 fil-mija tal-popolazzjoni Afrikana għandha inqas minn 25 sena. F’din il-laqgħa għolja Malta se tkun irrappreżentata mill-Prim Ministru Joseph Muscat u mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Abela.

    “Kull sena, madwar 200,000 student Afrikan jirċievu l-edukazzjoni terzjarja tagħhom fl-Ewropa, u dan l-għadd għandu l-potenzjal li jkompli jikber. Dan jippermetti l-kuntatt dirett bejn in-nies u l-mobbiltà tal-istudenti,” qal il-Ministru Abela. Huwa enfasizza l-importanza li l-UE tkompli tkun interlokutur kredibbli għall-pajjiżi sħabha fl-Afrika, filwaqt li l-pajjiżi Afrikani jaraw li jieħdu huma wkoll sjieda ugwali ta’ dan il-proċess. Barra minn hekk, għalkemm il-laqgħat għoljin huma imporanti, daqstant ieħor huwa kruċjali li bejn laqgħa għolja u oħra jkun hemm komunikazzjoni strutturata u effettiva bejn iż-żewġ kontinenti. Anki l-organizzazzjonijiet reġjonali għandhom l-irwol importanti tagħhom biex tkompli tissaħħaħ il-koperazzjoni fl-oqsma tal-paċi u s-sigurtà, tal-ġestjoni tal-kriżijiet politiċi, kif ukoll tal-kummerċ u l-investiment. 

    Waqt l-ikla ta’ nofsinhar, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin ingħaqdu mal-Ministri tad-Difiża biex jiddiskutu dwar is-sigurtà u d-difiża fil-kuntest tat-twettiq tal-Istrateġija Globali tal-UE. Fil-marġini tal-laqgħa tal-Kunsill, imbagħad, il-Ministru Abela kellu taħditiet mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Irlanda, Simon Coveney, dwar materji ta’ interess komuni.

    Qabel bdiet il-laqgħa tal-Kunsill, il-Ministru Abela attenda għal kolazzjon informali ta’ ħidma flimkien mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Nikola Dimitrov. Il-laqgħa, li ġiet organizzata mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Iżvezja u tal-Bulgarija, iffukat fuq l-aħħar żviluppi fil-pajjiż u fuq il-prospettiva tiegħu fil-kuntest tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Balkani tal-Punent, li se tiġi ppreżentata fi Frar tal-2018.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0